Quddies ta’ ringrazzjament mis-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz

Il-bieraħ il-Banda Vittoriosana San Lawrenz taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela ħadet sehem fil-Quddies Konċelebrata li saret fl-Ewwel Jum tan-Novena. Din il-quddies li kienet immexxija mill-Kanonku David Torpiano saret bħala ringrazzjament fl-okkażjoni tal-135 sena anniversarju.