Quddiesa għar-ruħ ta’ Lorry Farrugia, ex-bandist u membru tal-Kumitat tas-Soċjeta`

Lorry Farrugia
Nhar it-Tnejn 6 ta’ Settembru fis-6.00 pm ser issir quddiesa fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz mis-Soċjeta` Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz għar-ruħ ta’ Lorry Farrugia, ex-bandist u membru tal-Kumitat tas-Soċjeta`. Lorry Farrugia kien ħalliena propju fid-9 t’Awwissu ta’ din is-sena. Il-membri tas-Soċjeta` huma mħeġġin jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-membri tal-Kumitat sabiex ningħaqdu fit-talb għal-ruħ seħibna Lorry Farrugia.