Red Lager Night qabel il-Marċ tal-Mota – Il-Ħamis 31 ta’ Lulju

unnamed Nhar il-Ħamis 31 ta’ Lulju, 2014 ser isir Red Lager Night qabel il-Marċ tradizzjonali tal-Mota. Bil-parteċipazzjoni ta’numru ta’ bandisti li ser jallegrawna matul il-lejla ngħaqdu magħna fil-bitħa tal-Każin għall-atmosfera unika. Allegrija u divertiment bejn it-830pm u l-10pm biex wara ningħaqdu mal-banda fi briju sħiħ madwar it-toroq tal-Belt tagħna.