‘Red Party’ f’Palazzo Huesca – Il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, 2020

Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz flimkien mal-Kumitat tal-Festa, s-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi u l-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu ser jorganizzaw ‘Red Party’ bħala l-ftuħ tal-Festa ta’ San Lawrenz 2020. Dan ser isir fil-bitħa ta’ Palazzo Huesca nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, 2020 bil-prezz ikun ta’ € 5 li jinkludi welcome drink u finger food.

Dettalji u booking mingħand il-membri tal-Kumitati rispettivi.