|
Delegazzjoni mill-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz attendiet għal riċeviment organizzat mill-Fondazzjoni V18 b’kollaborazzajoni mal-Għaqda Każini tal-Banda. Dan ir-riċeviment sar nhar it-Tlieta 2 ta’ Settembru, 2014 fil-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta. Id-delegazzjoni kienet magħmula mis-Sur Simon Farrugia, Delegat Banda u s-Sur Pawlu Bongailas, membru fil-Kumitat tas-Soċjeta’. Fid-diskorsi li saru mis-Sur Jason Micallef, Chairman tal-V18, l-Avukat Noel Camilleri, President tal-Għaqda Każini tal-Banda u s-Surmast Alan Chircop sar aċċenn partikolari għall-proġett ‘Band on the Run’ u l-importanza ta’ din l-inizjattiva. |