Riċeviment tal-Festa 2015

OLYMPUS DIGITAL CAMERA Nhar il-Erbgħa 5 t’Awwissu fis-swali prinċipali ta’ Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz sar ir-riċeviment annwali tal-Festa. Fost il-mistednin distinti l-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca, diversi Ministri, Segretarji Parlamentari, Membri Parlamentari, Membri tal-Kapitlu, rappreżentanti tal-għaqdiet tal-Birgu, Bandisti, Membri u benefatturi tas-Soċjeta’ Fid-diskors tal-okkażjoni l-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia tkellem dwar l-importanza tal-volontarjat u kemm hemm bżonn li napprezzaw dan sabiex aktar nies jersqu lejn l-Għaqdiet. Semma wkoll il-kisbiet li għamlet is-Soċjeta’ matul din l-aħħar sena. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca saħqet dwar kemm huwa importanti li fil-festa nkunu ta’ eżempju u ngħinu lil min huwa fil-bżonn biex verament inkunu qegħdin ngħixu l-ħajja tal-Padrun tal-Belt Vittoriosa San Lawrenz. Fl-istess okkażjoni ġiet inawgurata bandalora ta’ tifkira tal-mawra li l-Banda għamlet fil-Belġju fis-sena 2010.