Riċeviment tal-Festa – Illum it-Tlieta 5 t’Awwissu, 2014

arma maltese fonts Il-lejla l-President u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz jilqgħu lill-personalitajiet distinti, rappreżentanti tal-għaqdiet, bandisti, membri u ammiraturi tas-Soċjeta’ għar-riċeviment annwali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz. Ir-riċeviment isir fis-Sala ewlenija tal-Palazz sede tas-Soċjeta’ f’Misraħ ir-Rebħa u jibda fit-8pm.