SERVIZZ ĠEWWA L-GUDJA GĦALL-FESTA TAL-MADONNA TAĊ-ĊINTURA FIL-GUDJA

 

 

 

Is-Sibt 29 t’ Ottubru 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz temmet is-servizzi ta’ stedin ġewwa festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ġewwa l-Gudja għall-festa tal-Madonna taċ-Ċintura fuq stedina tal-Għaqda Muzikali Marija Assunta Gudja A.D. 1919 fejn sar programm mużikali mill-isbaħ fuq il-planċier fil-pjazza tal-knisja, u wara marċ brijuż.
Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Chris Pisani