Servizz ieħor konġunt bejn il-Banda tagħna u dik tal-Kalkara

palumbo pic Nhar il-Ħadd 29 ta’ Mejju, 2016 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien mal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, Kalkara ngħaqdu flimkien sabiex ħadu seħem fl-Open Day li saret fit-Tarzna Palumbo. Il-Banda li kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast komuni għaż-żewġ baned Jonathan Abela għamlet servizz bejn it-3pm u l-5pm. Ta’ min jinnota li l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ għaqdiet mużikali diġà bdiet tagħti l-frott b’kunċerti mużikali li ttellgħu fi żmien il-Milied u l-Ġimgħa Mqaddsa.