Servizz ieħor ta’ suċċess mill-Banda San Lawrenz

Banda San Lawrenz fil-Balluta

 

Matul il-lejla tal-bieraħ, bejn it-8.30pm u l-11.30pm, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet servizz ieħor ta’ suċċess fil-Parroċċa tal-Balluta, fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Akkumpanjata minn diversi segwaċi tal-festi maltin, il-Banda San Lawrenz daqqet diversi marċi brijużi popolari Maltin u innijiet dedikati lill-Madonna tal-Karmnu. Is-servizz li jmiss tal-banda hu s-Sibt li ġej 30 ta’ Lulju fil-Birgu fl-okkażjoni tal-Festa Kids Party organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi.