Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2024, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ta’ marċ u akkumpanjament tal-purċissjoni ġewwa r-Rabat għall-festa ta’ Corpus Domini fuq stedina tal-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl.