Il-Kult u l-Festa fil-Birgu

Fit–Tieni Gwerra Dinjija

Meta f’Ġunju tal-1940 kellna l-ewwel ħbit mill-ajru, beda l-eżodu ta’ ħafna min-nies tal-Birgu, jgħaġġlu jfittxu kenn fi rħula imbiegħda. Allura nistħajjel li n-nies ftit kellhom ħsieb il-festi l-aktar dawk esterni u minn dik is-sena dawn ma sarux. Iżda dawk interSan Lawrenz fil-Festa tiegħu fir-Rabatni, għalkemm mhux bis-solennita` tas-soltu, saru xorta waħda. F’dik iċċelebrata fl-1940, l-orkestra u l-vuċijiet tal-maestro di cappella ma kinux hemm, iżda għamel tajjeb għal dan il-Qasam tal-Museum maskili ta’ din il-belt bil-kor tiegħu mmexxi mis-Superjur Ġanni Schembri bis-soċju Manweli Attard fuq l-orgni. Il-kor tal-Qasam esegwixxa l-kant kollu ta’ jum il-festa. Beda bil-Matutin, kompla bil-Quddiesa Solenni filgħodu u filgħaxija għamel saħansitra l-Għasar. Il-funzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali u warajha bil-mużewmini jkantaw l-Antifona ta’ Fenech.

Fl-1941, jista’ jingħad li ġew iċċelebrati żewġ festi interni nhar San Lawrenz. Waħda saret il-Birgu fil-kappella ta’ Couvre Port minn Dun Pawl Galea. Dakinhar, kienet tqiegħdet għall-qima ta’ dawk li attendew statwa ta’ San Lawrenz li ‘llum tintrama fuq kolonna f’tarf Triq San Filippu. L-oħra ġiet iċċelebrata fil-Knisja ta’ San Pietru, tas-sorijiet Benedittini, fl-Imdina, fejn kienet ittellgħet għall-kenn l-istatwa proċessjonali ta’ San Lawrenz.

Sena wara, meta l-attakki mill-ajru kienu naqsu sewwa, il-festa ġiet iċċelebrata wkoll. Din id-darba L-Ewwel Purċissjoni wara l-Gwerrafil-Birgu. Kien iffunzjona l-arċipriet Pawlu Galea li mexxa wkoll il-purċissjoni li kienet ħarġet bl-istatwa ta’ San Lawrenz magħrufa bħala taċ-Ċorma. Kienet għaddiet mit-toroq b’ħafna mid- djar ħerba waħda. Din id-darba wkoll, għall-mużika u l-kant, taħt it-treġija tas-surmast Lorenzo Galea, kienu ħadu sehem il-mużewmini ta’ din il-belt.

Festa speċjali kienet dik iċċelebrata fl-1944, is-sena li nġiebet lura f’beltha l-istatwa ta’ San Lawrenz. Iċ-ċelebrazzjonijiet jew devozzjonijiet bdew fit-30 ta’ Lulju, meta mis-Santwarju ta’ Bormla, fejn kien ittieħed mill-Imdina, San Lawrenz, din id-darba fuq il-pedistall ta’ San Ġużepp ta’ Bormla, ittieħed proċessjonalment lejn il-maqdes tiegħu fil-Birgu.

Lejlet il-festa saret it-Translazzjoni tar-Relikwija u nhar il-festa Quddiesa Solenni, li fiha kienu kantaw is-sorijiet. Iffunzjonaw il-kanoniċi Dun Rafel Mazzelli, Dun Lawrenz Micallef u Dun Gużepp Farrugia, li kienu evakwati r-Rabat. Wara nofsinhar, mal-Għasar, kien niseġ paniġierku Patri Piju Agius, Agostinjan Vittoriosan. Fl-1942, il-Kapitlu Vittoriosan iċċelebra l-festa fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat. Għall-okkażjoni, l-istatwa ta’ San Lawrenz intramat fuq il-pedistall ta’ San Pawl viċin l-artal maġġur. Din id-darba, għal darb’ oħra, il-kant sar minn kor iffurmat mill-Mużewmini, dirett mis-Superjur Schembri.

Il-Pellegrinaġġ minn Bormla lejn il-Birgu

Waqt dħul l-istatwa fil-knisja, il-folla mmensa li ħonqot il-knisja nfexxet iċċapċap u tgħajjat… Viva San Lawrenz. Dimostrazzjoni emozzjonanti li kompliet tifrex għeruqha anke fis-snin ta’ wara u baqgħet magħna sal-lum.

Ma setax jonqos li dik is-sena l-funzjonijiet ma jsirux b’solennita` speċjali. Fit-Tranżlazzjoni u fil-Quddiesa tal-Festa kien iffunzjona l-Arċisqof Gonzi. Il-festi esterni, għalkemm neqsin mill-armar tas-soltu, li bosta minnu kien intilef fil-gwerra, kienu animati minn ħames baned. Mal-Banda Duke of Edinburgh kienu daħlu l-Birgu l-baned Beland taż-Żejtun, San Ġorġ ta’ Bormla, L’ Unione ta’ Ħal Luqa u San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar.

Fis-snin li ġew wara, il-festa kompliet tikber. Kull sena bdiet tiżżanżan xi ħaġa ġdida u l-parteċipazzjoni tal-Banda Duke of Edinburgh baqgħet kostanti u pedina importanti fiċ-ċelebrazzjonijiet esterni. Fost dawn kien hemm is-sehem li tat il-Banda biex mill-1972, inbidlet ir-rotta tal-puċissjoni, biex din, minfliok titla, tibda tinżel minn Triq il-Mina l-Kbira. Il-Pulizija baqgħet sal-aħħar topponi għal dan. Kien fl-aħħar ħinijiet li waslet din il-konċessjoni wara lis-Sur Lawrence V. Farrugia, Segretarju tal-Banda u membru ta’ kummisjoni li nħatret biex tressaq din it-talba, għamel garanzija personali quddiem il-Kummissarju li dak li kienet qed tibża’ minnu l-Pulizija ma jseħħx.

Id-Disa’ Ċentinarju tal-Parroċċa

Fl-1990 il-Birgu ċċelebra d-disa’ mitt sena mit-twaqqif tal-parroċċa tiegħu. Fost l-attivitajiet li saru, mifruxin tul is-sena kollha, ma setgħetx ma tispikkax il-festa ta’ San Lawrenz. Iċ-ċelebrazzjonijiet, kemm interni u kemm esterni ħadu xejra differenti mis-soltu.

Preżentazzjoni tal-Istandard taċ-Ċentinarju tal-Parroċċa

Bdew bid-devozzjoni tal-Għaxar Erbgħat qabel il-festa. F’kull waħda minnhom iffunzjonaw rappreżentanti tal-Ordnijiet Reliġjużi. Il-funzjoni dejjem intemmet bl-Innu taċ-Ċentinarju, lirika ta’ Dun Frans Camilleri u mużika ta’ Mons.Lawrenz Mifsud. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ jiem il-festa bdew bil-Banda Vittoriosana San Lawrenz itella’ Akkademja Mużikali f’Jum il-Mota, it-30 ta’ Lulju. Dakinhar, saret il-preżentazzjoni tal-Istendard taċ-Ċentinarju, li kellu jintuża f’dawk il-jiem.

Mill-għada, f’kull jum tan-Novena, iffunzjonaw Kapitli ta’ kolleġġjati differenti. Kienu l-kapitli tat-tlett ibliet tal-Kottonera, dawk ta’ San Pawl tar-Rabat u tal-Belt Valletta u magħhom il-Kleru tal-Kalkara u l-Komunita` Dumnikana tal-Kunvent tal-Lunzjata ta’ din il-belt.

Fil-festi esterni kienet innovattiva l-bidu tad-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-Għomja. Dik is-sena, l-Banda San Lawrenz sieħbet l-istatwa fuq vapurett minn ħdejn Bieb l-Infirmerija sa Xatt San Lawrenz, minn fejn bdiet id-dimostrazzjonIl-Banda fit-Translazzjoni taċ-Ċentinarjui għal fuq il-kolonna fi Triq il-Mina l-Kbira. L-għada, il-Banda San Lawrenz ħadet sehem b’innijiet sagri fit-Tranżlazzjoni mill-Knisja ta’ Santa Skolastika sal-Knisja Parrokkjali. Fiha kien iffunzjoni Mons. Nikol Cauchi, Isqof ta’ Għawdex. Il-Quddiesa tal-festa kienet Pontifikali biċ-ċelebrant ikun l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Il-festi ċentinarji għalqu b’marċ mill-Banda San Lawrenz fit-30 ta’ Dicembru, b’sodisfazzjon għall-kumitat li kien inħatar xhur qabel, taħt il-presidenza tal-Arċipriet Dun Pawl Raggio. Tul il-jiem tal-festa, il-baned ma naqsux. Sieħbu lill-Banda San Lawrenz f’dawk il-jiem, bil-marċi u programmi mużikali fi triqat il-Birgu, il-baned Kalkariżi San Ġużepp u Sagra Familja, il-Beltin King’s OIl-Faċċata tal-Każin armata fis-sena taċ-Ċentinarju tal-Parroċċawn u La Valette, il-Konti Ruġġieru tar-Rabat, San Ġorġ ta’ Bormla, Queen’s Own tal-Isla, Queen Victoria taż-Żurrieq, De Paule ta’ Raħal Ġdid, iż-Żabbarin San Mikiel u M.M. Gratiae, Sant’ Andrija u l-Unione ta’ Ħal Luqa, Anici ta’ Ħal-Qormi u San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Il-parti mużikali kienet infirxet tul is-sena kollha. Apparti s-servizzi soliti tal-Banda San Lawrenz, f’Marzu kien sar kunċert fuq l-orgni minn Mro. Joe Caruana fil-Knisja Parrokkjali. Il-Banda Prince of Wales Own ta’ din il-belt ħadet sehem b’marċi u programm fil-festa ta’ San Ġużepp iċċelebrata fil-5 ta’ Mejju. L-Orkestra tal-Manoel, diretta minn Mro. Joseph Vella esegwiet fil-Knisja Parrokkjali l-Oratorju Disa’ Mitt Sena Parroċċa, lirika tal-Professur Oliver Friggieri u mużika ta’ Mro. Prof. Joseph Vella. F’din is-serata, fost il-persunaġġI distinti kien attenda l-President tar-Repubblika l-E.T.Dr. Vincent Tabone.

Ir-Relikwija b’Ras San Lawrenz fil-Festa tal-1997

Il-festa ta’ San Lawrenz iċċelebrata fl-1997 żgur li tibqa’ mfakkra għal bosta snin, għax fiha seħħ dak li ftit kienu jaħsbu li hu possibbli. Din kienet il-wasla fostna tar-Relikwija tar-Ras ta’ San Lawrenz, li għal mijiet ta’ snin, dejjem inżammeIl-wasla tar-Relikwa tar-Ras ta' San Lawrenz fil-Birgut fil-kappella privata tal-Papa, fil-Vatikan. Din il-wasla seħħet fl-istess sena li fiha kienet qed titfakkar it-tliet mitt sena mill-bini tal-Knisja Parrokkjali. Ir-Relikwija waslet Malta it-Tlieta 28 ta’ Lulju wara nofsinhar u mill-ajruport ittieħdet fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid. Wara xi talb li sar hemm, ftit siegħat wara, kienet fi triqitha lejn il-Belt Valletta. F’Bieb il-Belt kien hemm jistennewha l-Kapitli tal-Birgu u ta’ San Pawl tal-Belt, flimkien mal-Kleru tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz t’Għawdex u diversi reliġjużi tal-Komunitajiet tal-Belt Valletta. Dawn iffurmaw korteo, bil-preżenza tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz, li sieħbu r-Relikwija sal-Konkatidral ta’ San Gwann. Hemm, il-Vigarju Ġenerali Mons. Carmelo Xuereb, fil-preżenza ta’ għadd ta’ dinjitarji ċivili, fosthom il-President tar-Repubblika l-E.T. Dott. Ugo Mifsud Bonnici, ikkonċelebra Quddiesa Solenni, animata mill-Kor ta’ San Ġiljan, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dun Gwann Galea. Kien niseġ paniġierku mill-isbaħ Mons. Lawrenz Mifsud. L-għada, r-Relikwija ttieħdet f’Għawdex, fil-Knisja Parrokkjali tar-raħal ta’ San Lawrenz, fejn inżammet għall-qima tad-devoti għal sebat’ ijiem.

Inġiebet il-Birgu t-Tnejn 4 ta’ Awissu bil-baħar sa Xatt San Lawrenz, għal ħabta tas-6.00 pm. Hawn sabet tistennieha folla kbira ta’ nies. Avveniment li ngħata laqta nazzjonali billi xxandar permezz tRas San Lawrenz tasal il-Birgua’ kollegamenti diretti minn stazzjonijiet tat-Televiżjoni u tar-Radju.

Mix-Xatt, ir-Relikwija inġarret proċessjonalment lejn il-Knisja Parrokkjali tul Triq San Lawrenz, iddaħħlet mit-Tliet Bibien storiċi ta’ din il-belt u tul Triq Il-Mina l-Kbira għall-Pjazza. Hemm fuq il-planċier li kien intramaċ għall-ewwel darba, l-Arċipriet Dun Daniel Farrugia ikkonċelebra Quddiesa animata mill-Kor ta’ San Ġiljan u li fiha nisel paniġierku Dun Mikiel Borg, Kappillan tal-Parroċċa Lawrenzjana Għawdxija. Wara l-Quddiesa, ir-relikwija bir-Ras ta’ San Lawrenz ittieħdet fil-Knisja Parrokkjali għall-venerazzjoni tal-għadd kbir ta’ devoti tal-qaddis li, tul il-jiem li damet fostna, ġew minn kull rokna ta’ GIl-Quddiesa fuq il-Planċier tas-Soċjeta` mal-wasla tar-Relikwa tar-Ras żiritna. Il-Quddiesa tal-Festa kienet Pontifikali, iċċelebrata mill-Kardinal Olandiż Adrianus Johannes Simonis, li nzerta kien Malta. Kien assistit minn Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca u minn Nunzju għal Malta Mons. Sebastiano Laboa’. Il-paniġierku kien sar mill-Kanonku Mario Agius. Il-purċissjoni kienet waħda unika, għax max-xbieha tal-qaddis issieħbet ir-relikwija bir-ras tiegħu.Il-qofol tal-festa ntlaħaq nhar id-9 u l-10 t’ Awwissu permezz tat-Tranżlazzjoni tar-Relikwija u l-Quddiesa Solenni ta’ nhar il-festa. It-Tranżlazzjoni bir-Relikwija tar-Ras saret mill-Knisja ta’ Santa Skolastika. Iffunzjona Mons. Nikol Cauchi, Isqof ta’ Għawdex, flimkien mal-Kapitli tal-Kottonera, imseħbin b’innijiet sagri mill-Banda Nazzjonali La Valette.

Tul il-ġimgħa tal-festa saru diversi programmi u marċi mill-baned Stella Maris, La Valette, King’s Own, Konti Ruġġieru, Anici, De Paule u Sliema u magħhom, naturalment, il-Banda San Lawrenz.

Sentejn biss wara dawn il-festi, li min għexhom żgur li ma jinsiehom qatt, il-festa ta’ San Lawrenz kellha tħabbat wiċċa ma’ baħar imqalleb. Il-kumitat tal-festa, iffurmat fl-1999, ried li tiżdied banda oħra waqt id-dimostrazzjoni tat-tlugħ tal-istatwa ta’ San Lawrenz fl-Antiviġilja. Proposta li l-kleru tal-parroċċa ma qabilx magħha. Anqas kienet qablet il-Kurja, li ftit qabel kienet ħarġet direttivi ġodda li jiregolaw iċ-ċelebrazzjonijiet esterni tal-festi.

Wara diversi laqgħat għall-konċiljazzjoni, kemm mal-Kurja kif ukoll ma’ Dun Stefan Bonanno, Arċipriet tal-parroċċa, il-kumitat baqa’ jsostni l-pożizzjoni tiegħu u xahar qabel il-festa ta r-riżenja tiegħu, għalkemm kompla jamministra l-festa ta’ dik is-sena biex, kif inkiteb fi stqarrija li ħareġ, “il-poplu tal-Birgu ma jiċċaħħadx minn festa li għandu dritt għaliha”.

Wara li għaddiet il-festa, ħafna kienu qed jaħsbu li, bħal ma ġara bnadi oħra, il-festa ta’ San Lawrenz kienet ser tgħaddi minn żminijiet diffiċli; aktar u aktar meta ex-membri tal-Kumitat tal-Festa waqqfu fil-Birgu Soċjeta` u Banda Ġdida.

Iżda ma kellux ikun hekk. L-ewwel għax is-Soċjeta` ġdida mxiet b’kawtela u t-tieni għax l-Arċipriet Bonanno sab għajnuna sħiħa minn diversi nies li komplew fejn kien ħalla l-kumitat preċedenti. Is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi reġgħet bdiet tiffunzjona fis-sena 2000 bil-għan li bl-attivitajiet li torganizza tkun ta’ għajnuna kemm għall-Kumitat tal-Festa u kemm għall-Banda San Lawrenz, iż-żewġ friegħI prinċipali fl-organizzazzjoni tal-festa.

Qajl qajl, is-sitwazzjoni bdiet ġejja għan-normal u l-festa baqgħet tiġi ċċelebrata bħal qabel, aktar u aktar meta fl-2003 intlaħaq ftehim bejn il-partijiet kollha u reġgħet seħħet l-għaqda mill-ġdid. Għaqda li wasslet biex il-festa ta’ San Lawrenz tkun mistennija ħafna minn kull dilettant li jixtieq jara festa ċċelebrata kif imiss.

Il-Festa tal-2008

Il-festa li ġiet ċċelebrata fl-2008 kienet waħda speċjali, għax fiha tfakkar l-1750 sena mill-martirju ta’Il-poster ċelebrattiv f'Għeluq il-125 Sena tal-Banda San Lawrenz San Lawrenz. Iċ-ċelebrazzjonijiet bdew lejliet il-festa ċċelebrata fl-2007, meta t-Tranżlazzjoni mill-Knisja tas-Sorijiet Benedittini lejn il-Knisja Parrokkjali saret minn Mons. Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca. Dakinhar, wara l-funzjoni, l-Arċipriet Dun Joe Caruana ħabbar li l-Vatikan kien laqa’ t-talba tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, biex waqt iċ-ċelebrazzjonijiet programmati li ser isiru f’Awissu tal-2008, għal darb’ oħra, terġa’ tkun fostna r-Relikwija għażiża ta’ Ras San Lawrenz. Waqt l-Offertorju tal-Quddiesa Solenni, Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex li kien iċ-ċelebrant, xegħel dik li ssejħet Ix-Xemgħa taċ-Ċentinarju, ippreżentata mis-Sur Lawrence V. Farrugia, segretarju tal-Kumitat Organizzattiv, biex tinżamm mixgħula fuq il-presbiterju tul is-sena ċentinarja.

Il-Ħamis 10 ta’ April, fil-Knisja Parrokkjali, taħt il-Presidenza tal-President Emeritus Dr. Ugo Mifsud Bonnici LLD u l-parteċipazzjoni ta’ diversi kelliema, fosthom il-Profs. Guglielmo de’ Giovanni-Centelles, Accademico Pontificio di Belle Arti e Lettere saret Akkademja għal San Lawrenz fil-Knisja. Jumejn wara, f’Kastell Sant’ Anġlu, taIl-Quddiesa bl-istatwa ta' San Lawrenz nhar l-Ewwel Erbgħa tal-2008ħt il-Presidenza ta’ Fra John Critien, BA. sar Symposium bit-tema: San Lawrenz fl-Arkeoloġija, Arti u Storja. Il-kelliema kienu Prof. de’ Giovanni Centelles, Fr. Gino Gauci, Lic Art., Prof. Stanley Fiorini, B.Phil, MA (oxon), Ph D. u Mons.Dun Ġwann Azzopardi, Lic D, Prel SS.L-istatwa ta' San Lawrenz jagħti d-dawl lill-Għomja fl-2008

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz żgur li ħa tibqa’ mfakkra għal bosta snin, fejn il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet marċ it-Tlieta, anke fl-okkażjoni tal-125 sena anniversarju mit-twaqqif tal-banda u laqgħet lura mir-restawr l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-Għomja. L-għada, l-erbgħa, saret quddiesa solenni fil-pjazza fil-preżenza tal-istatwa proċessjonali ta’ San Lawrenz u wara l-Banda Vittoriosana San Lawrenz akkumpanjat lill-istatwa permezz ta’ daqq t’innijiet f’pellegrinaġġ li sar mat-toroq tal-Birgu.

Sfortunatament ir-Relikwija li kellha tkun magħna għal dawn il-festi ma ġietx, wara li b’dispjaċir liema bħalu, l-awtoritajiet tal-Vatikan ħabbru li ir-Relikwija tinsab f’ periklu li titmermer jekk din tiċċaqlaq u għalhekk kien impossibbli li tiġi ġewwa l-Birgu. Madankollu, anke permezz tal-Festi kbar li organizzat is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, is-sena 2008 tibqa’ mfakkra bħala wahda mill-ikbar festi ta’ dan l-aħħar snin.

Avvenimenti fl-2014

Nhar il-Erbgħa 28 ta’ Mejju 2014, l-Ewwel Erbgħa minn għaxra bi preparazzjoni għall-Festa tal-Padrun tal-Belt Vittoriosa San Lawrenz, il-Belt Rebbieħa laqgħet lura l-Istatwa titulari wara restawr li sar fix-xhur ta’ qabel minn Reno Bugeja ta’ Prevardi, kumpMiġa mir-Restawranija rinomata fir-restawr. Wara proċessjoni qasira mill-Oratorju tal-Kurċifiss għall-Pjazza, l-Wisq. Rev. Kanonku Arċipriet Dun Joe Cilia kkonċelebra quddies fuq palk armat fil-Pjazza. Wara saret Proċessjoni li għaddiet minn Triq San Filippu, La Vallette, Misraħ ir-Rebħa, Nestu Laiviera u lura l-Knisja. Fid-dħul indaqqet l-antifona tal-Kanonku Dun Alwiġ Fenech fost l-entużjażmu tal-mijiet ta’ partitarji Palmiżi. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet sehem matul il-proċessjoni bid-daqq ta’ Innijiet Lawrenzjani.

Il-Ħamis 24 ta’ Lulju 2014, il-Belt VittoIr-Relikwija minn Amasenoriosa laqgħet relikwija oħra rinomata tal-Padrun tagħha San Lawrenz. Bl-entużjażmu li jbaqbaq f’kull Vittoriosan, il-Belt Vittoriosa laqgħet għandha r-relikwija bid-demm ta’ San Lawrenz li nġiebet minn Amaseno, l-Italja fuq inizjattiva tal-Parroċċa San Lawrenz, Għawdex. L-Arċisqof Paul Cremona mexxa l-proċessjoni li bdiet mill-Kunvent tas-Sorijiet Benedittini għall-Parroċċa fejn wara mexxa Pontifikal. Matul il-proċessjoni l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet sehem bid-daqq ta’innijiet Lawrenzjani.