Surmastrijiet

Mro. Carl Maria Artz (1925 – 1927)

Mro. Carl MariaMro. Carl Maria Artz Artz twieled f’Dusseldorf, il-Ġermanja fl-1887. Ħa l-ewwel tagħlim tiegħu fl-arti mużikali f’din il-belt meta kien għadu żgħir u kompla jipperfezzjona f’din l-arti wara li beda jistudja wkoll il-pjanu fi Dresden, Liepzig u Munich. Fl-istess ħin, kompla jitħarreġ fil-kompożizzjoni u d-direzzjoni għand l-aħjar professuri ta’ dak iż-żmien, fosthom Felix Draesecke, ħabib u kollega ta’ Listz u Wagner.

Sa mill-bidu nett, permezz tal-għadd ġmielu ta’ kanzunetti mill-isbaħ, kompożizzjonijiet għall-pjanu u musica da camera Artz wera ħila mhux komuni. Aktar m’għadda żmien, aktar dehret ħiltu meta bdew jinstemgħu is-sinfoniji għall-orkestra u magħhom ukoll xi opri teatrali li beda jikkomponi. Ħiltu fid-direzzjoni dehret minn kmieni, għax ta’ 22 sena kien ġa dderieġa l-aqwa orkestri sinfonici ta’ diversi bliet Ġermanizi, fosthom dawk ta’ Liepzig, Dresden u Munich. Fl-1913, ta’ 26 sena inħatar direttur tal-famuża orkestra filarmonika tal-kapitali Berlin, fejn baqa’ magħha sa l-1919. Lil din l-orkestra dderiġieha fl-aqwa sinfoniji ta’ Richard Strauss: l-Alpensinfonie u ż-Zarathustra. Il-Banda Duke of Edinburgh kisbet successi kbar taħt it-tmexxija ta’ dan il-bravu Surmast. Huwa miet ta’ 76 sena f’Berlin fil-21 ta’ Lulju 1963.

Mro Hector Dalli (1952 – 1980)

Mro. Hector Dalli

Mro.Dalli ikkompona għadd ta’ sinfoniji, marċi, kemm brijużi kif ukoll funebri, u għadd ta’ innijiet, fosthom dawk ta’ din il-Banda u dak ta’ San Lawrenz, magħruf bħala il-kbir għal kor, tenur u baxx, esegwit għall-ewwel darba lejlet il-festa ta’ San Lawrenz iċċelebrata fl-1972. Minbarra lil din il-Banda idderieġa baned oħra, fosthom il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun, Leone ta’ Għawdex, Queen’s Own tal-Isla, il-Banda tat-Tarzna, u l-Banda tal-Moviment tal-Ħaddiema. Lil-din il-Banda Vittoriosana, li fi żmienu nbidel isimha, mexxieha għal 28 sena sħaħ: mill-1952 sakemm miet fl-1980.

Is-surmast Hector Dalli twieled iż-Żejtun nhar it-18 ta’ Ġunju 1914, iben Ġużeppi Marija u Evanġelista Mercieca. Flimkien ma’ Hector, dawn kellhom erba’ wlied oħra. L-ewwel tagħlim mużikali Hector, flimkien ma’ ħutu subien, ħadu mingħand missieru, li kien mużiċista mill-aħjar, tant li kien ingħata t-tmexxija tal-Banda Żejtun wara l-firda li seħħet fil-Banda Beland. Ta’ 9 snin Hector Dalli kien tħarreġ bil-flicorno u wara qaleb għall-kurunetta mal-Banda Beland. Kien idoqq tajjeb ukoll il-pjanu.

Iżda ma waqafx hawn, għax kompla jitħarreġ fl-armonija, il-kontrapunt, l-istrumentazzjoni u d-direzzjoni għand is-Surmast Ġużeppi Casapinta, biex ftit wara nħatar Assistent Surmast tal-Banda Żejtun. Waqt li kien f’din il-kariga, kompla l-istudji mużikali u ta’ 25 sena kellu suċċess kbir fl-Eżami tat-Teorija Mużikali tal-London College of Music li fih kien ġab 91 marka minn 100 u kiseb l-ewwel post biex iggradwa A.Mus.L.C.M. Mro Hector Dalli baqa’ sejjer ukoll sabiex laħaq Surmast tal-Banda Beland, fejn dam ukoll fil-kariga sakemm miet.

Mro. Paul Schembri (1980 – 2015)

Is-surmast Paul Schembri M.I.S.M. M.I.W.M. twieled Ħal Luqa nhar it-13 ta’ Frar 1931, iben Joseph u Maria Carmela nee’ Costa. Huwa dixxendent ta’ mużiċisti gwappi. Missieru kien vjolinista prim u nannuh kien baritonu fit-Teatru Rjal. Minn ċkunitu wera ġibda kbira lejn il-mużika u beda l-ewwel studji tiegħu f’din l-arti mal-Banda Sant’Andrija ta’ raħal twelidu. Hawn għamel progress mhux żgħir, għax ta’ 12-il sena kien daqq fil-pubbliku l-kompożizzjoni, mhux tant faċli, Un Concerto per Euphonium. Kompla l-istudji avanzati mużikali tiegħu taħt is-surmastrijiet Anton Muscat Azzopardi u Profs.Henry Galea.

Kien ingħaqad mal-Mro. Paul SchembriBanda King’s Own u ftit wara sar is-solista tagħha fuq l-Euphonium u aktar tard, assistant surmast tagħha. Minbarra surmast direttur tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz u l-Banda Sant’Andrija, għamel żmien surmast direttur tal-Banda Melita tal-Imsida, Duke of Connaught ta’ Birkirkara, Santa Marija tal-Qrendi u r-Royal Air Force Band (Malta). F’diversi okkażjonijiet, idderieġa wkoll baned Ingliżi u Skoċċiżi, fosthom il-Musselborough Trades Brass Band ta’ East Lothian, fl-Iskozja.

Mro. Schembri hu miżmum bħala wieħed mis-surmastrijiet diretturi ta’ ħila, kif ukoll kompożitur mill-aħjar. Għandu aktar minn 200 kompożizzjoni, fosthom marċi kemm brijużi kif ukoll funebri, valzi, sinfoniji u innijiet. Fost dawn jispikkaw il-fantasija Centenaria, is-sinfonija Chiara, l-overture Canena, il-marċ sinfoniku Deborah u s-sonatina La Tromba Magica. Kompożizzjonijiet li ħarġu minn taħt idejh jinsabu wkoll barra minn Malta, bħar-Renju Unit, il-Kanada u l-Awstralja.

Fl-1982, il-fantasija Centenaria kienet iddaħħlet f’kompetizzjoni ta’ mużika f’Londra u kienet rebbħitu Diploma of Merit. Għal ġmielha kienet laqtet ħafna lill-kompożitur magħruf Andrew Lloyd Weber, li kien jifforma parti mill-ġurija. Is-Surmast Paul Schembri ser jispiċċa mid-direzzjoni tal-Banda fis-sena 2015 minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Mro Jonathan Abela (2015 –)

Mro Jonathan Abela twieled fis-16 t’April tal-1972 u huwa iben Carmelo Abela u Mary Abela nee Brown. Huwa twieled il-Pieta` u tgħammed fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz ġewwa l-Birgu. Fl-ewwelMro Jonathan Abela snin huwa kien joqgħod ġewwa Triq La Valette fil-Birgu. Aktar tard il-familja tiegħu mxiet lejn Ħaż-Żabbar. Jonathan huwa miżżewweg lil Lorraine Abela nee Grech u għandhom żewġt itfal, Luke u Gabriel. Meta żżewgu huma marru joqogħdu l-Kalkara, fejn għadhom joqogħdu hemm sal-lum. Jonathan huwa uffiċjal taċ-Ċivil u bħalissa qiegħed jaħdem fis-sezzjoni tat-Teknoloġija tal-Informatika fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija.

Jonathan beda jistudja l-mużika fl-eta` ta’ sbatax il-sena taħt Mro. Ray Sciberras. Wara ħdax il-xahar ħareġ idoqq is-slide trombone mal-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-istess żmien beda jistudja t-tejorija mużikali taħt l-istess Surmast. Wara sitt snin studju fit-tejorija mużikali fejn għadda mill-grades kollha, fl-1997 għadda wkoll mid-diploma A.Mus.LCM. Sadanittant, huwa baqa’ jistudja is-slide Trombone taħt diversi surmastrijiet oħrajn.

Bis-Slide Trombone, Jonathan daqq ma’ diversi orkestri, baned u gruppi oħrajn. Fosthom daqq mal-Orkestra Nazzjonali li kienet taħt id-direzzjoni ta’ diversi Surmastrijiet barranin. Daqq ukoll mal-Orkestra ta’ Dun Ġwann Galea, l-Orkestra tal-Amadeus Choir tat-tenur Brian Cefai, u l-Orkestra ta’ Dion Buhagiar fost oħrajn. Filwaqt li l-programmi mużikali ma’ diversi baned Maltin ma naqsux, Jonathan daqq ukoll ma’ diversi bands u f’diversi kunċerti oħra fosthom: Tejatru Unplugged mal-band ta’ Renzo Spiteri kif ukoll mal-Bands Fakawi u Brikkuni. Kien ukoll membru fiss fil-Band Etnika li għamlet suċċess kemm f’Malta u kienet mistiedna kemm il-darba biex iddoqq barra minn xtutna. Ħa sehem ukoll f’diversi Musicals u Pantomimi fosthom Chicago, Peter Panto u Living Legends. Daqq ukoll ma’ diversi BiMro Jonathan Abelag Bands fosthom il-Johan Strauss Big Band taħt it-tmexxija ta’ Paul Abela li kienet ħadet sehem ukoll fil-Malta Jazz Festival, mal-Val Valente Big Band, kif ukoll mal-Freddie Mizzi Big Band. Jonathan kemm il-darba ta is-sehem tieghu ukoll fil-band tal-kor Voices. Riċentement huwa ħa sehem fil-kunċert li tellgħet l-orkestra tal-PBS ġewwa t-tinda f’Ta’ Qali. L-orkestra kienet taħt it-tmexxija ta’ Mro Paul Abela u taħt it-tmexxija tal-kuġin tiegħu Mro Joe Brown. Fis-26 ta’ Diċembru tal-2014, Jonathan reġa’ ingħaqad ma’ Mro Joe Brown fil-programm li sar b’risq il-ġbir ta’ fondi għall-Istrina fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Maltin. Jonathan idoqq ukoll il-Bass Guitar.

Jonathan inħatar Assistent Surmast għall–ewwel darba mal-Banda San Ġużepp tal-Kalkara. Aktar tard huwa nħatar ukoll Assistent Surmast mal-Banda San Bartilmew tal-Għargħur, il-Banda San Girgor Sliema u aktar tard mal-Banda Beland taż-Żejtun. Kien ukoll għalliem mal-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-2004 inħatar Surmast Direttur tal-Banda San Ġużepp tal-Kalkara, kariga li għadu jokkupa sal-lum. Tul dawn is-snin, Jonathan idderieġa diversi programmi Mużikali mal-Baned li fihom kien jokkupa xi kariga. Jonathan ikkompona diversi Marċi brijużi u funebri, Valzi, Innijiet u arranġamenti oħra għall-banda. Huwa ikkompona ukoll tliet Tone Poems għall-Banda. Siltiet mill-aħħar Tone Poem li kkompona indaqqu ukoll waqt l-audition li saret għall-għażla ta’ Surmast Direttur tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Birgu.