Stqarrija mis-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa

Wara dak li tħabbar mill-Awtoritajiet tas-Saħħa fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, minn għada l-Ħamis 29 ta’ Ottubru, 2020, ‘Palazzo Huesca’ sede’ tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa ser jinżamm magħluq. Kif nassumu li intom diġà konxji dan qed isir biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tagħna lkoll. Huwa ttamat li l-każin jerġa’ jiftaħ nhar it-Tlieta 1 ta’ Diċembru, 2020.

Il-President u l-Membri tal-Kumitat jawguraw kuraġġ lill-Bandisti u l-Membri kif ukoll lill-Vittoriosani kollha f’dan il-mument diffiċli. Minkejja li dan hu żmien ta’ sfidi kbar, il-ħidma ser tkompli għaddejja, inkluż il-lezzjonijiet mużikali li ser ikomplu jsiru online kif ukoll il-laqgħat tal-Kumitat u xogħol li hemm bżonn isir f’Palazzo Huesca.