Tħabbira ta’ Mewt

Lorry Farrugia (lemin) flimkien ma' Peppi Gellel
Is-Soċjeta` Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz b’sogħba kbira tħabbar il-mewt tal-ex Bandist u Membru tal-Kumitat Lorry Farrugia li ġrat nhar it-Tlieta 9 t’Awwissu, 2010.

Il-korteo funebru bis-sehem tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser isir nhar il-Erbgħa 11 t’Awwissu, 2010 u jibda minn Triq Pawlu Boffa (ħdejn Café Riche) fit-7.45 am. L-aħħar tislima tingħata permezz ta’ quddies fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fit-8.30 am.