Nhar il-Ġimgħa 13 t’April, 2018 saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-fondi mill-iskema tas-SIS ( Small Initiative Scheme). Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ibbenefikat minn din l-iskema permezz tal-proġett ‘The Musical Archives – Restoring the Jewel for the Community’ fejn qegħdin nagħmlu rinovazzjoni fis-Sala tal-Arkivju. Il-fondi li ngħatajna ser jagħmlu tajjeb għall-wall paper ta’ din is-Sala kif ukoll il-files li fihom tinżamm il-mużika. Minbarra dan f’din is-Sala qed isir xogħol ieħor fosthom ir-restawr tal-vetrini u l-bankun. Dan sabiex fl-okkażjoni tal-135 Sena Anniversarju din tiġi inawgurata wara restawr estensiv bil-bidu tax-xahar t’Awwissu.