Tinfetaħ il-Mejda tas-Snooker

Nhar il-Ġimgħa 15 t’Ottubru reġgħet infetħet il-Mejda tal-Isnooker prinċipali, dik tal-membri wara li din kienet magħluqa sabiex issirilha xi tiswijiet u jitwaħħal Pannu ġdid u Matunelli. Għal din l-okkażjoni, il-Kummissjoni Billiard għoġobha tistieden lill-Alex Borg u Duncan Bezzina għal-logħba ta’ esebizzjoni bħala parti minn attivita` żgħira ta’ dan il-ftuħ mill-ġdid. Quddiem l-attendenza ta’ wħud mill-membri u dilettanti ta’ din il-logħba u li jiffrekwentaw din is-sala b’mod regolari, Alex Borg u Duncan Bezzina taw wirja ta’ logħob verament sabieħa. L-attivita` għalqet b’diskors qasir tal-President, filwaqt li saru xi preżemtazzjonijiet u wara kien hemm bibita żgħira. Iktar ritratti ta’ din l-attivita` jinsabu fis-Sezzjoni Gallery ta’ dan is-sit.