Tingħata l-aħħar tislima lil Anthony Gauci, Viċi President tas-Soċjeta’

untitled Il-bieraħ wara nofs in-nhar is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz sellmet lil Viċi President tagħha Anthony Gauci wara li nhar il-Ġimgħa 1 t’April, 2016 huwa ħalla din id-dinja. Il-korteo beda minn Triq il-Mina l-Kbira u hekk kif is-salma waslet quddiem ‘Palazzo Huesca’ huwa ngħata salut permezz ta’ fanfarra mill-Bandisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Il-korteo kompla sal-Knisja Kolleġġjata, Konventwali u Matriċi ta’ San Lawrenz fejn l-aħħar tislima ngħatat permezz ta’ Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Wisq. Rev. Arċipriet Dun Joe Mizzi. Fi tmiem il-quddies saret id-difna b’mod privat fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata , Raħal Ġdid. Il-President u l-membri tal-Kumitat jixtiequ li jirringrazzjaw lil kull min attenda u wera sogħba f’dan il-mument diffiċli għas-Soċjeta tagħna. Min naħa tagħna minn qalbna nestendu wkoll il-kondoljanzi tagħna lill-familja Gauci f’dan il-mument tant iebes.