Titħabbar il-mewt ta’ Monsinjur Lawrenz Mifsud

Tħabbret il-mewt tal-Monsinjur Lawrenz Mifsud, ex-Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz fl-eta’ ta’ 83 sena.

L-Arcipriet Mifsud twieled il-Belt Vittoriosa fil-15 ta’ Settembru 1933 mis-Sur Lawrence Mifsud u s-Sinjura Teresa nee’ Seychell. Studja fis-Seminarju u fl-Universita’ Rjali ta’ Malta minn fejn kiseb il-grad ta’ Liċenzjat fit-Teoloġija. Studja wkoll il-mużika u l-kompożizzjoni. Wara li ġie ordnat saċerdot fl-14 ta’ Marzu 1959, wettaq ministeru pastorali fil-Parrocca taz-Zejtun . Fis-26 ta’ Lulju 1964 ħa l-pussess ta’ Kanonku Arċipriet tal-Belt Vittoriosa. L-Arċipriet Mifsud ħabrek bla waqfien biex jitwettaq fil-Parroċċa tal-Birgu t-tibdil li ġieb fil-Knisja Kattolika l-Konċilju Vatikan II. Wieħed jista’ jgħid li Dun Lawrenz ma kienx jitlef ebda okkażjoni biex jgħallem, iwissi u jħeġġeġ lill-parruċċani tiegħu, speċjalment liż-żgħażagħ biex jgħixu ta’ nsara konvinti mit-twemmin tagħhom, fid-dinja mqallba tal-lum. Huwa għamel tmintax il-sena Arċipriet fejn fl-1982 inħatar Kappillan tal-Parroċċa tas-Siġġiewi. Wara Monsinjur Mifsud kien Kuratur tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-President u l-Membri tal-Kumitat jestendu l-kondoljanzi lill-familja Mifsud wara t-telfa ta’ wild il-Belt tagħna u Lawrenzjan kbir. Insellmulek Mons.