Tmiem il-ġimgħa impenjattiva għall-Banda Vittoriosana San Lawrenz

arma maltese fonts Fi tmiem din il-ġimgħa l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun impenjata b’żewġ servizzi . Illum il-Ġimgħa 21 t’Awwissu, 2015 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tagħmel marċ f’Ħal-Kirkop fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Leonardu. Is-servizz jibda fid-9pm. Imbagħad nhar il-Ħadd 23 t’Awwissu, 2015 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħmel il-marċ ta’ filgħodu fil-lokalita’ tar-Raħal Ġdid fejn hemmhekk qed tigi ċelebrata l-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes. Is-servizz jibda fl-10.30am. Il-Banda ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.