Vittoriosa in Festa – Is-Sibt 7 t’Awwissu

Nhar is-Sibt 7 t’Awwissu huwa l-aktar jum importanti għas-Soċjeta` tagħna matul il-Festa fejn tippreżenta l-Programm ‘Vittoriosa in Festa’. Wara marċ qasir fejn mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz tieħu sehem il-Philharmonie Royale Concordia jiġi esegwit Programm Mużikali Internazzjonali fuq il-Planċier Artistiku tal-Banda f’Misraħ ir-Rebħa. Dan huwa l-Programm li ser jindaqq miż-żewġ baned li ser ikunu flimkien fuq l-istess planċier.

 

Innu Marċ San Lawrenz G. Frendo
Niftakar Fik Arr. R. Zammit
Desenchantee L. Boutonnat ( Arr. F. Bernaerts)
Maria l-Maltija A. Chircop
Latin Pop Special Arr. M. Myokoin
Malta S. Galea (Arr. P. Borg)
A Tribute to Ray Charles Arr. P. Kleine Schaars
L-Imħabba Prof. C. Camilleri (Arr. A. Chircop)
Int id-Djamant Arr. J.J. Pace
Music John Miles (Arr. P. Sparke)
Notte di San Lorenzo Arr. G. Debono
Gonna Fly Now (Theme from Rocky) Arr. N. Iwai
Il-Ħeġġa t’Awwissu Arr. G. Debono
The Cream of Clapton Arr. R. Sebregts
Il-Bajja tal-Mellieħa Arr. M. Farrugia
Joe Cocker Arr. W. Wosnner
Evviva Lorenzu Tagħna Arr. G. Debono
Spoutnik 1958 A.P revost (Arr.R. De Klippel)
Serenata lil Birgu Arr. P. Schembri
Best of Maltese Folklore Arr. A. Chircop
Innu lil San Lawrenz L. Galea
Innu Banda San Lawrenz H.H. Dalli
Innu Nazzjonali Belġjan F. Van Campenhout
Innu Nazzjonali Malti R. Sammut

Surmast Direttur – Mro. Paul Schembri M.I.S.M., M.I.W.M.
Musical Director – Mro. Roland De Klippel

Flimkien mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz jieħdu sehem il-kantanti Annabelle Debono, Ludwig Galea u Olivia Lewis kif ukoll il-Mystic Folk Dancers. Preżentazzjoni Ray Azzopardi. Nar sinkronizzat mas-silta Best of Maltese Folklore mill-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu.