Vittoriosa in Festa 2012

Nhar it-Tlieta 7 t’Awwissu huwa wieħed mill-iktar jiem importanti għas-Soċjeta` tagħna matul il-Festa fejn tippreżenta l-Programm ‘Vittoriosa in Festa’. Din is-sena, dan il-programm għandu it-tema ‘Sports n’ Music’, b’mużika totalment konnessa mal-isports, minn Logħob Olimpiku, għall-World Cups, Euro u anke xi films. Wara marċ qasir mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz tul triq il-Mina l-Kbira, jiġi esegwit Programm Mużikali fuq il-Planċier Artistiku tal-Banda f’Misraħ ir-Rebħa. Dan huwa l-Programm li ser jindaqq mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz:

Innu Marċ San Lawrenz G. Frendo
1984 Olympic Games Olympic Fanfare J. Williams
1988 Olympic Games One Moment in Time A. Hammond / Arr. J. Higgins
1990 World Cup Nessun Dorma G. Puccini
UEFA Champions League Theme Zadok the Priest G. F. Handel
1992 Olympic Games Amigos Para Siempre A. L. Webber / Arr. U. Buhagiar
Movie Theme Gonna Fly Now B. Conti / Arr. U. Buhagiar
Football Song You’ll Never Walk Alone R. Rodgers / Arr. D. Darmanin
Polka Sports Polka J. Strauss / Arr. E. Spiteri
2010 World Cup Waka Waka J. Hill / Arr. E. Spiteri
2002 World Cup Anthem Vangelis / Arr. E. Spiteri
1990 World Cup Un Estate Italiana G. Moroder / Arr. E. Spiteri
1998 World Cup Carneval De Paris Arr. S. Rabe
2010 World Cup Wavin’ Flag K’naan / B. Mars
Movie Theme Chariots of Fire Vangelis
1992 Olympic Games Barcelona F. Mercury / Arr. U. Buhagiar
Sports Theme We Are the Champions F. Mercury
Song Serenata lill-Birgu Arr. P. Schembri
Innu San Lawrenz L. Galea
Innu Banda San Lawrenz H. H. Dalli

Flimkien mal-Banda ser jieħdu sehem il-kantanti Ludwig Galea, Debbie Scerri, u Laura Bruno, il-‘Keith Dance Studio’, kif ukoll il-Vittoriosa Stars Youth Nursery. Ser ikun hemm għeluq spettakolari għal dan il-programm ippreparat mill-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu. Il-Banda Vittoriosa San Lawrenz ser tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri u l-Assistant Surmast Ugo Buhagiar.