Vittoriosa Kids Music Centre – Sejħa ġdida għall-Kids Club

 

Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz qiegħda tniehdi sejħa oħra għall-applikazzjonijiet għall-Kids Club minn 6 snin ‘il fuq fi ħdan l-iskola tal-mużika tas-Soċjeta` – Vittoriosa Kids Music Centre.

Permezz ta’ logħob, daqq fuq strumenti ta’ perkussjoni, u mużika, din il-klassi hi garanzija ta’ tagħlim f’ambjent mill-isbaħ.

L-applikazzjoni u iktar dettalji jinstabu fil-paġni rispettivi taħt Tagħlim Mużikali f’dan is-sit.