Youtube Channel tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz

Is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz għada kemm nidiet Youtube Channel fejn fih tistgħu ssibu fost l-aqwa marċi funebri li tipposjedi fl-arkivju mużikali tagħha l-Banda tal-Birgu.

Bil-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa din is-sena kanċellati minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-Kumitat tas-Soċjetà ħaseb sabiex jagħti xi ħaġa lill-membri u l-ammiraturi tal-Banda fin-nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’dawn il-festi. Minkejja l-problemi li qed niffaċċjaw il-ħidma tagħna xorta tibqa għaddejja.