ŻEWĠ SERVIZZI FL-ISTESS ĦIN

Il-Ħadd 31 ta’ Lulju 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa Festi oħra. Fil-fatt, apparti l-marċ tal-Mota tan-Novena fil-Birgu, il-banda għamlet servizz ġewwa Raħal Ġdid fl-istess ħin għall-festa ta’ Kristu Re fuq stedina fejn sar marċ qasir u wara programm fuq il-planċier.
Żewġ servizzi fl-istess ħin, f’ġurnata mimlija baned u festi, fejn il-Banda Vittoriosana San Lawrenz onorat bl-aqwa mod!