Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz tingħaqad mal-Vittoriosani kollha f’din id-data importanti li tatna l-identita` tagħna, lkoll ulied din il-Belt Glorjuża u Rebbieħa. Aħna bħala Soċjeta` Mużikali sa mit-twaqqif tagħna fl-1883 dejjem żammejna l-isem tal-Belt tagħna fl-ogħla livell fejn verament jixraq lil Beltna u lill-Banda tal-Birgu.