Wara li l-Programm Annwali fl-okkażjoni tal-festa tal-Padrun tal-Belt Rebbieħa tneħħa minn lejlet il-festa u beda jsir kull nhar is-7 t’Awwissu, fl-2004 dan il-programm ingħata dehra ġdida. Filfatt, b’deċiżjoni għaqlija tal-Kummissjoni Banda, flimkien mal-banda bdew jipparteċipaw diversi kantanti stabbiliti, żeffiena, kif ukoll animazzjoni varja. Dan l-ispettaklu mużikali mżewwaq jiġi fi tmiemu bi ‘Gran Finale’ spettakolari ta’ nar sinkronizzat mal-mużika.
Filfatt fil-Programm tal-2004, Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz daqqet din il-mużika, bit-tmiem grandjuż tal-Overture 1812 sinkronizzata man-nar.
Innu Marċ | San Lawrenz | G. Frendo |
Foxtrot | Beautiful | P. Schembri |
Tango | Lorenzo | P. Schembri |
Cha Cha | Cha Cha Beat | P. Schembri |
Samba | Loredana | P. Schembri |
Medley | Abba Gold | Arr. R. Sciberras |
Slow Waltz | Fascination | P. Schembri |
Viennese Waltz | 20th Anniversary | P. Schembri |
Rumba | Siesta | T. L. Sharpe |
Paso Doble | Andalusia | P. Schembri |
Medley | Tom Jones in Concert | H. Kolesch |
Medley | The Magic of Andrew Lloyd Webber | A. Lloyd Webber |
Theme | Time to Say Goodbye | Arr. D. Campbell |
Quick Step | Forward | P. Schembri |
Jive | Can’t Buy Me Love | Lennon/Mc Cartney |
Song | On Again Off Again | P. Vella |
Innu Marċ | Ċentinarju | P. Schembri |
Innu | San Lawrenz | L. Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | H. H. Dalli |
Fl-2005 il-Programm Mużikali sar bis-sehem ta’ numru kbir ta’ kantanti fosthom, Ludwig Galea, Fabrizio Faniello, Aldo Busuttil, Karen Polidano, Frans Baldacchino il-Budaj, Maria Mallia, Annabelle Debono, Cliff Zammit, u Steve Camilleri. Barra minn dawn, biex ikompli jiżdied l-ispettaklu, il-Banda kienet ukoll akkumpanjta miż-zfin ta’ Josray Dance Company, Paul Curmi Dancers, William Dance Company u Tony Lawrence Dance Company. Il-banda daqqet dan il-programm, bi tmiem grandjuż peremzz ta’ nar sinkronizzat mas-silta Aida.
Innu Marċ San Lawrenz | G. Frendo |
My Way | Arr. A. Chircop |
Beauty & The Beast | W. Hautrast |
Another Summer Night | Arr. A. Chircop |
The Best of Maltese Folklore | Arr. A. Chircop |
When Comes My Lover | Arr. A. Chircop |
Dance Splendour Joyous | P. Schembri |
Granada | Arr. A. Chircop |
Joseph | M. Sweeney |
Fiddler On The Roof | T.L. Sharpe |
Dance Splendour Supersonic | P. Schembri |
Aida | G. Verdi |
Innu Marċ Ċentinarju | P. Schembri |
Innu Popolari San Lawrenz | L. Galea |
Innu Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Fl-2006, il-kantanti li ħadu sehem f’dan il-programm ferm mistenni kienu Olivia Lewis, Debbie Scerri, Philip Vella, J Anvil u Ludwig Galea. Ħa sehem ukoll Clifton Vella bil-Bagpipes, kif ukoll il-kumpanija taż-żfin Keith and Adonelle Dancers. L-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu ħadet ħsieb għal darb’oħra it-tmien grandjuż, permezz ta’ nar sinkronizzat mas-silta Marcia Slava.
Innu Marċ | San Lawrenz | G. Frendo |
Melody | Amazing Grace | Arr. M. McDermott |
Song | Yesterday | Arr. Zane Van Auken |
Traditional Music | Zorba the Greek | Arr. D. Darmanin |
Musical | Don’t Cry For Me Argentina | Arr. A. Chircop |
Dance Splendour | Supersonic | P. Schembri |
Medley | 7 Minutes with Philip Vella | Arr. A. Chircop |
Song | You | A. Cardinale |
Song | Let Me Fly | Arr. A. Chircop |
Classical Theme | Music | J. Miles |
Song | Vivo Per Lei | Arr. W. Stalman |
Song | Serenata lill-Birgu | Arr. P. Schembri |
Theme | Carneval De Paris | Arr. S. Rabe |
Theme from Nabucco | Va Pensiero | G. Verdi |
Medley | The Boys From Liverpool | Arr. J. Bilik |
Marcia | Slava | P. Tchiakowsky |
Innu Popolari | San Lawrenz | L. Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Fl-2007, il-Kummissjoni Banda iddeċidiet li Vittoriosa in Festa għandu jkun Programm Mużikali b’tema. It-tema magħżula kienet dik tal-Musicals. Flimkien mal-banda kantaw Aldo Busuttil, Marisa D’amato, Kimberly Grech, Leontine, Roger Tirazona u Mark Tonna. Daqq ukoll flimkien mal-banda il-Vjolinista Mario Ciantar u ħa sehem ukoll permezz ta’ diversi animazzjonijiet il-grupp taż-żfin Vittoriosan Mystic Dance Company. Fl-aħħar nett, l-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu għażlet li tagħmel finali b’nar sinkrnizzat mas-silta popolari Light Cavalry.
Innu Marċ | San Lawrenz | G. Frendo |
Musical | South Pacific | R. Rodgers |
Musical | Les Miserables | C.M. Schonberg |
Musical | Mary Poppins | R.M./R.B. Sherman |
Musical | Singing in the Rain | Arr. A. Chircop |
Musical | My Fair Lady | F. Loewe |
Musical | Fiddler On The Roof | Arr. T.L. Sharpe |
Musical | Memories From Cats | Arr. A. Chircop |
Musical | Jesus Christ Superstar | Arr. A. Chircop |
Musical | The Lion King | Arr. U. Buhagiar |
Musical | Phantom Of The Opera | Arr. A. Chircop |
Overture | Light Cavalry | F.V. Suppe’ |
Innu Popolari | San Lawrenz | L. Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Fl-2008, f’dan il-Programm Mużikali tant misteni spikka id-daqq ta’ numru kbir ta’ Valzers tant popolari u sbieħ. Dawn il-valzijiet, flimkien ma’ diversi kanzunetti popolari, anke Maltin, żewqu dan il-programm u divrsi kantanti li ħadu sehem komplew għamluh uniku, fosthom Ludwig Galea, Chiara, J Anvil u Olivia Lewis. Il-valzers kienu animate minn żfin professjonali tal-Pro Touch Dance School. L-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu għazlet ir-Radeetsky March għall-għeluq grandjuż tan-nar sinkronizzat.
Innu Marċ | San Lawrenz | G. Frendo |
Valz | Gold & Silver | F. Lehar |
Song | Fly Me To The Moon | Arr. A. Chircop |
Song | The One That I Love | Arr. A. Chircop |
Valz | Les Petineurs | Arr. J.A. Kappey |
Song | Hello Dolly | Arr. U. Buhagiar |
Song | Maria l-Maltija | Arr. A. Chircop |
Valz | Emperor | Arr. T.C. Brown |
Song | O’ Surdato Namurato | Arr. G. Debono |
Song | Diva | Arr. U. Buhagiar |
Valz | Espana | Arr. T.C. Brown |
Song | Angel | Arr. P. Borg |
Song | O Sole Mio | Arr. A. Calleja |
Theme | The Mask Of Zorro | Arr. J. Moss |
Valz | Blue Danube | J. Strauss |
March | Radetzky | J. Strauss |
Song | Serenata Lill-Birgu | Arr. P. Schembri |
Innu Popolari | San Lawrenz | L. Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Fl-2009, it-tema magħzula kienet propju dik ta’ Mużika Taljana. Filfatt flimkien mal-banda kantaw Ivan Attard, J Anvil, Neville Refalo u Debbie Scerri. Ħa sehem ukoll il-vjolinista Mario Ciantar u iż-żeffiena Veninmalte. L-għeluq ta’ din l-edizzjoni tal-Vittoriosa in Festa sar permezz ta’ Nar Sinkronizzat mill-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu mas-silta Mużikali Gugliemo Tell.
Innu Marċ San Lawrenz | G. Frendo |
Rapsodia Napoletana | R. Cristiano |
Ma Che’ Musica Maestro | Arr. P. Borg |
Granada | Arr. A. Chircop |
Con Te Partiro` | D. Campbell |
Venexiana | F. Bar |
Eros Ramazzotti In Concert | F. Francia |
La Domenica Italiana | Arr. G. Debono |
La Solitudine | Arr. U. Buhagiar |
La Dama Del Vento | F. Bar |
Vivo Per Lei | W. Stalman |
Best of Zucchero | Arr. P. Pia |
Verde Luna | V. Gomez |
Adriano Celentano | W. Deodati |
Va Pensiero | Einz |
Gugliemo Tell | G. Rossini |
Innu Popolari San Lawrenz | L. Galea |
Innu Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Il-Vittoriosa in Festa tas-sena 2010 kien wieħed speċjali. Dan għaliex flimkien mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz daqqet ir-Royale Philharmonie Concordia fi Programm Internazzjonali li sar quddiem Pjazza maħnuqa bin-nies, bħala parti mill-iskambju mużikali u kulturali organizzat bejn iż-żewġ baned. Filwaqt li l-Philharmonie Royale Concordia daqqet mużika internazzjonali, il-Banda Vittoriosana San Lawremnz daqqet mużika esklussivament Maltija, bil-parteċipazzjoni tal-kantanti Ludwig Galea, Annabelle Debono u Olivia Lewis. L-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu ħasbet li ttella’ spettaklu waqt is-silta Best of Maltese Folklore, li flimkien mal-parteċipazzjoni tal-Mystic Folk Dancers, inħoloq tmiem spettakolari għall-aħħar.
Innu Marċ San Lawrenz | G. Frendo |
Niftakar Fik | Arr. R. Zammit |
Desenchantee | L. Boutonnat (Arr. F. Bernaerts) |
Maria l-Maltija | A. Chircop |
Latin Pop Special | Arr. M. Myokoin |
Malta | S. Galea (Arr. P. Borg) |
A Tribute to Ray Charles | Arr. P. Kleine Schaars |
L-Imħabba | Prof. C. Camilleri (Arr. A. Chircop) |
Int id-Djamant | Arr. J.J. Pace |
Music | John Miles (Arr. P. Sparke) |
Notte di San Lorenzo | Arr. G. Debono |
Gonna Fly Now (Theme from Rocky) | Arr. N. Iwai |
Il-Ħeġġa t’Awwissu | Arr. G. Debono |
The Cream of Clapton | Arr. R. Sebregts |
Il-Bajja tal-Mellieħa | Arr. M. Farrugia |
Joe Cocker | Arr. W. Wosnner |
Evviva Lorenzu Tagħna | Arr. G. Debono |
Spoutnik 1958 | A. Prevost (Arr.R. De Klippel) |
Serenata lil Birgu | Arr. P. Schembri |
Best of Maltese Folklore | Arr. A. Chircop |
Innu lil San Lawrenz | L. Galea |
Innu Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Innu Nazzjonali Belġjan | F. Van Campenhout |
Innu Nazzjonali Malti | R. Sammut |
Il-Programm Mużikali ‘Vittoriosa in Festa’ tas-sena 2011 kellu it-tema ta’ The Americas, b’mużika ġejja totalment mill-kontinent Amerikan. Għal darb’oħra kienet tema oriġinali u li ntlaqgħet tajjeb minn kulħadd, speċjalment il-mużika li ndaqqet kif jidher hawn taħt. Flimkien mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz, li kienet taħt id-direzzjoni stupenda ta’ Mro Paul Schembri, ħadu sehem il-kantanti Ludwig Galea, Neville Refalo, Greta Attard u Donna Marie Ellul, il-vjolinista Mario Ciantar kif ukoll ‘Keith Dance Studio’. L-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu ħadet ħsieb li tagħlaq dan il-Programm Spettakolari b’ Nar Sinkronizzat mas-silta ‘Pirates of the Caribbean’.
Innu Marċ San Lawrenz | G. Frendo |
Conquest of Paradise | Arr. R. Sebregts |
Don’t Cry for Me Argentina | Arr. A. Chircop |
Hotel California | Arr. M. Saurer |
Santana | Arr. G. Gazzani |
Theme from ‘New York, New York’ | Arr. F. D. Cofield |
Pearl Harbour | Arr. U. Buhagiar |
Caribbean Cameo | T. L. Sharpe |
Western ‘Tal-Cowboys’ | P. Schembri |
I Don’t Wanna Miss A Thing | Arr. J. Brown |
Last of the Mohicans | Arr. R. Bugeja |
Samba | Arr. M Viziru |
What a Wonderful World | Arr. L. Pusceddu |
Hawaii Five ‘O | Arr. U. Buhagiar |
Brazil | Arr. P. Ippolito |
Billy Jean | Arr. J. Brown |
Heal The World | Arr. J. Van Kraeydonck |
Pirates of the Caribbean | Arr. J. Wasson |
Innu lil San Lawrenz | L. Galea |
Innu Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Il-Programm Mużikali tas-sena 2012 jibqa’ żgur imsemmi mid-Dilettanti tal-Mużika. Dan għaliex b’wiċċna minn quddiem nistgħu ngħidu li kien fost l-aqwa programmi mużikali, li qatt tellajna. Bit-tema Sports n’ Music, għal darb’ oġra oriġinali għall-aħħar, rajna u smajna siltiet mużikali sinonimi mal-isports, mil-Logħob Olimpiku, għat-Tazza tad-Dinja, għall-siltiet immortali fl-isports. Dawn kienu akkumpanjati minn korjografija kontinwa imtella’ minn Keith Dance Studio, u fuq kollox bis-sehem tal-membri tal-Vittoriosa Stars Youth Nursery, bil-pubbliku wkoll ikun parteċipi. Ma setgħux jonqsu wkoll żewġ affarijiet: Spettaklu mis-Surmast u l-Banda fuq il-Planċier Meravilja, u tmiem Spettakolari mill-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu. Il-Programm li ndaqq hu kif elenkat hawn taħt:
Innu Marċ | San Lawrenz | G. Frendo |
1984 Olympic Games | Olympic Fanfare | J. Williams |
1988 Olympic Games | One Moment in Time | A. Hammond / Arr. J. Higgins |
1990 World Cup | Nessun Dorma | G. Puccini |
UEFA Champions League Theme | Zadok the Priest | G. F. Handel |
1992 Olympic Games | Amigos Para Siempre | A. L. Webber / Arr. U. Buhagiar |
Movie Theme | Gonna Fly Now | B. Conti / Arr. U. Buhagiar |
Football Song | You’ll Never Walk Alone | R. Rodgers / Arr. D. Darmanin |
Polka | Sports Polka | J. Strauss / Arr. E. Spiteri |
2010 World Cup | Waka Waka | J. Hill / Arr. E. Spiteri |
2002 World Cup | Anthem | Vangelis / Arr. E. Spiteri |
1990 World Cup | Un Estate Italiana | G. Moroder / Arr. E. Spiteri |
1998 World Cup | Carneval De Paris | Arr. S. Rabe |
2010 World Cup | Wavin’ Flag | K’naan / B. Mars |
Movie Theme | Chariots of Fire | Vangelis |
1992 Olympic Games | Barcelona | F. Mercury / Arr. U. Buhagiar |
Sports Theme | We Are the Champions | F. Mercury |
Song | Serenata lill-Birgu | Arr. P. Schembri |
Innu | San Lawrenz | L. Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | H. H. Dalli |
Għal darb’oħra, il-Kummissjoni Banda tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz irnexxielha fis-sena 2013 tkun oriġinali fit-tema ta’ dan il-Programm Mużikali. Bl-isem ta’ 80s Flashback, dawk li attendew għal dan il-Programm Mużikali ġeddew il-memorji lejn il-mużika tas-snin tmenin. B’xelta ta’ stili u mużika varjata, flimkien ma’ Spettaklu sħieħ, il-Vittoriosa in Festa kompla saħħaħ ismu fl-2013. Fil-fatt, fil-waqt li l-Banda kienet bħas-soltu taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Mro Paul Schembri u l-Assistent Surmast Mro Ugo Buhagiar, ħadu sehem ukoll il-kantanti Ludwig Galea, Debbie Scerri, Janvil, Laura Bruno u Geordie Debono, il-Mystic Dancers, il-Kitarrist David Borg u l-Kor tat-Tfal Future Voices. Bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu sar tmiem spettakolari permezz ta’ Stage Fireworks u karti kkuluriti. Il-Mużika li ndaqqet kienet din li ġejja:
Innu Marċ | San Lawrenz | G. Frendo |
Eighties Flashback | Medley | Arr. P. Murtha |
Gloria | Tozzi / Branigan | Arr. D. Carnevali |
I Was Made For Loving You Baby | Kiss | Arr. F. Bernaerts |
Live is Life | Opus | Arr. E. Spiteri |
Crazy Little Thing Called Love | Queen | Arr. F. Bernaerts |
Love Changes Everything | Michael Ball | Arr. P. Cutajar |
Summer of 69 | Brian Adams | Arr. F. Bernaerts |
Hot Stuff | Donna Summer | Arr. J. Van Kraeydonek |
Lay All Your Love On Me | Abba | Arr. F. Bernaerts |
Sara` Perche` Ti Amo | Ricchi e Poveri | Arr. E. Spiteri |
Best of Guns N’Roses | Guns N’Roses | Arr. E. Spiteri |
Eye of The Tiger | Survivor | Arr. P. King |
L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel | New Quorey | Arr. G. Debono |
Another Brick In The Wall | Pink Floyd | Arr. E. Spiteri |
You Can Leave Your Hat On | Joe Cocker | Arr. S. Cortland |
The Final Countdown | Europe | Arr. P. Cutajar |
Song | Serenata lill-Birgu | Arr. P. Schembri |
Innu Marċ | Ċentinarju | P. Schembri |
Innu | San Lawrenz | L. Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | H. H. Dalli |
Il-Vittoriosa in Festa tas-sena 2014 żgur li jibqa’ jissemma bħala wieħed mill-aqwa programmi li qatt sar. Minn mużika klassi għal dik moderna, minn pajjiż għall-ieħor, issawret it-tema “The EU in Concert”. Dan sar b’kommemorazzjoni għall-10 Anniversarju mis-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Pero` mhux biss, għax is-Soċjetà ħasbet li tikkommemora kif jixraq ukoll il-50 Sena Anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta, l-40 Sena Anniversarju minn meta Malta saret Repubblika u l-35 Sena minn meta Malta kisbet il-Ħelsien. Dan sar billi l-programm għalaq bis-silta Highlights minn Ġensna, ir-Rock Opera Maltija tant popolari. Flimkien mal-banda ħadu sehem Aldo Busuttil, Debbie Scerri, Iona Dalli, Ismael Grech, il-kor tat-tfal Future Voices, Keith Dance Studio u animazzjoni bil-bnadar tal-pajjiżi tal-UE mill-kumpanija Mystic Dancers. Ta’ min jgħid ukoll li dan kien l-aħħar Vittoriosa in Festa li sar taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri. Il-mużika li ndaqqet kienet din:
Innu Marċ | San Lawrenz | Giuseppe Frendo |
Fanfarra u Fuga | Malta Ewropeja | Manoel Pirotta |
Symphony | No. 5 | Ludwig V. Beethoven |
Polka | Czech | Johan Strauss |
Song | Tulips from Amsterdam | Arr. Manoel Pirotta |
Song | Only Tear Drops | Arr. Frank Bernaerts |
Hit Series | Les Lacs Du Connemara | Arr. Willy Hautvast |
Medley | Abba Gold | Arr. Ron Sebregts |
Pasodoble | Andalusia | Paul Schembri |
Song | Hard Rock Hallelujah | Arr. Jon Van Kraeydonck |
Song | O Ritmo do Amor | Arr. Etienne Spiteri |
Theme | Under Paris Skies | Arr. Ugo Buhagiar |
Rock Theme | With or Without You | Arr. Etienne Spiteri |
Waltz | Blue Danube | Johann Strauss |
Dance | Hungarian | Johann Brahms |
Theme from Nabucco | Va Pensiero | Giuseppe Verdi |
Zorba | The Greek | Arr. Dominic Darmanin |
Medley | The St, George’s Cross | Arr. Etienne Spiteri |
March | Radetsky | Johan Strauss |
Rock Opera | Highlights from Ġensna | Arr. Ugo Buhagiar |
Innu Marċ | Ċentinarju | Paul Schembri |
Innu | San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | Hector. H. Dalli |
Is-sena 2015 kienet sena li fiha dehret differenza waħda bażika waqt il-programm Vittoriosa in Festa. Fil-fatt, għall-ewwel darba wara 35 sena, Mro Paul Schembri ma kienx qiegħed jidderieġi. Mro Jonathan Abela, is-Surmast il-ġdid tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz, ħa l-ħatra uffiċjali dakinhar u kien hu li ħabbat dan il-programm għall-ewwel darba. Ta’ min isemmi li l-Kumitat tas-Soċjeta` kien ħejja ringrazzjament xieraq lil Mro Schembri li imma minħabba raġunijiet ta’ saħħa, ma setax jattendi. Bit-tema ta’ “Hakuna Matata – A Journey Through Disney”, dan il-programm ħa lil dawk kollha li attendew fid-dinja ta’ Walt Disney, xelta sħieħa ta’ mużika klassika għal dik moderna. Għal darb’oħra, dan il-programm li issa sar appuntament annwali fil-kalendarju mużikali Malti, kien suċċess enormi. Flimkien mal-Banda San Lawrenz ħadu sehem J Anvil, Tiziana Calleja, Nathalie Pace u l-grupp ‘Centre Stage’, kif ukoll l-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu.Il-mużika li ndaqqet kienet din kif ġejja :
Innu Marċ | San Lawrenz | Giuseppe Frendo |
Sigla | Walt Disney | Arr. Chistopher Pisani |
Fantasia | Themes from Walt Disney | John Vinson |
Prince of Egypt | When You Believe | Stephen Schwartz |
Novel | The Chronicles of Narnia | Arr. P. Murtha |
Tarzan | You’ll be in my Heart | Arr. Joe Brown |
Sleeping Beauty | Once upon a dream | Arr. Jonathan Abela |
Symphonic Suite | Pirates of the Caribbean | Arr. J. Wasson |
Pinocchio | When you wish upon a star | Arr. Jonathan Abela |
Frozen | Let it go | Arr. Andrew Calleja |
Jungle Book | Bare Necessities | Arr. Joe Brown |
Medley | The Lion King | Arr. John Higgins |
Innu Marċ | Ċentinarju | Paul Schembri |
Innu | San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | Hector. H. Dalli |
Il-Vittoriosa in Festa tal-2016 kien għal darb’oħra wieħed oriġinali. Bit-tema ta’ ‘El Ritmo Latino’, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tellgħet spettaklu fuq ritmu Latin fejn il-banda daqqet diversi stili ta’ mużika li kollha jaqgħu taħt din il-kappa komuni. Ta’ min isemmi is-Solo verament sabiħ li għamel l-għalliem u l-bandist tal-Post Andrew Zarb waqt il-biċċa mużikali Cherry Pink and Apple Blossom White taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Francois Borg. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Jonathan Abela, u flimkien mal-banda ħadu sehem il-kantanti Janvil, Ludwig Galea u Alwyn Borg Myatt, żeffiena mill-iskejjel taż-żfin Happy Days u Pro Touch u l-kitarrist Jonathan Ellul.
Innu Marċ San Lawrenz | G. Frendo |
Libertango | A. Piazzolla / Arr. M. Somadossi |
Spanish Tango | J. Horner / Arr. C. Pisani |
Black Magic Woman | C. Santana / Arr. J. Brown |
Mexicali Brass | J. Cacavas |
Copacabana | B. Manilow / Arr. De Mey |
Tico Tico | N. Iwai |
Ai Se Eu Te Pego | Arr. F. Baernarts |
La Camisa Negra | Arr. Jan van Kraeydonck |
El Cumbanchero | R. Hernandez / Arr. N. Iwai |
Santana | Arr. G. Gazzani |
Cherry Pink and Apple Blossom White | D. Perez Prado / Arr. R. Bugeja |
Soul Bossa Nova | Q. Jones / Arr. J. Vinson |
Chihuahua | Arr. F. Baernarts |
Cuban Sound | G. Gazzani |
Samba De Janeiro | A. Moreira / Arr. M. Viziru |
Latin Pop Special | M. Myokin |
Let’s Get Loud | Arr. Jan Van Kraeydonck |
Latin Gold | P. Lavender |
Innu Marċ Ċentinarju | P. Schembri |
Innu lil San Lawrenz | L. Galea |
Innu Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Fis-sena 2017, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet ‘Vittoriosa in Festa’ bit-tema ‘A Symphony to Victory’, programm mużikali li kien suċċess minn kull aspett. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela huwa mexxa programm mżewwaq fejn ħadu sehem fih il-kantanti Tiziana Calleja, Christian Arding , il-grupp Centre Stage flimkien mal-vjolinist Valhmor Montfort. Fil-Pjazza ewlenija tal-Belt Vittoriosa ppakkjata bin-nies l-applawsi kienu kontinwi għal dak li esegwiet il-Banda fejn kien Programm li ġedded memorji lil ħafna b’mod partikolari li dawk li għexu dawk iż-żminijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija u ftit wara. Ta’ min isemmi wkoll numru ta’ Solos li saru mis-Surmastrijiet tas-Soċjeta` Francois Borg u Andrew Zarb.
The Bridge on the River Kwai | Malcolm Arnold | Arr. John Glenesk Mortimer |
It’s a Long Long Way to Tipperary | Jack Judge | Arr. S. Deshon |
Alte Kameraden | Carl Teike | Arr. Martin Toussignant |
Charles Chaplin | Marcel Peeters | Arr. Marcel Peeters |
La Vita e Bella | Nicola Piovani | Arr. Lorenzo Bocci |
There You’ll Be | Hans Zimmer | Arr. Ted Ricketts |
Theme fro Schindler’s List | John Williams | Arr. Calvin Custer |
Swing the Mood | Michael Sweeney | Arr. Michael Sweeney |
Hymn to the Fallen | John Williams | Arr. Paul Lavender |
Highlights from the Sound of Music | Richard Rodgers | Arr. Johnnie Vinson |
Under the Double Eagle | Josef F. Wagner | Arr. Martin Toussignant |
Amapola | Joseph Lacalle | Arr. Naohiro Iwai |
Escape to Victory | Bill Conti | Arr. Rieks Van Der Velde |
The Great Escape | Elmer Bernstein | Arr. Robert W. Smith |
Benny Goodman: The King of Swing | Benny Goodman | Arr. Paul Murtha |
Sachtmo! A Tribute to Louis Armstrong | Louis Armstrong | Arr. Ted Ricketts |
Innu Marċ | Ċentinarju | Paul Schembri |
Innu Popolari | San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | Hector H. Dalli |
Il-Programm Vittoriosa in Festa tas-sena 2018 kellu t-tema ‘Clash of the Centuries’. B’mużika mis-seklu li għadda kontra mużika minn dan is-seklu, dan il-programm mużikali kellu l-innovazzjoni fejn is-Surmast u l-Assistent Surmast, permezz tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz, taw togħma tas-suċċessi kbar bi stili mużikali differenti li kkaraterizzaw l-aħħar 100 sena. Flimkien mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadu sehem il-kantanti Ozzylino, Jasmine, Christian Arding u Lello Ebejer, flimkien mal-kitarrist rinomat Marc Galea u Dancing Angels u l-allievi tas-Soċjeta`. Ta’ min isemmi li l-marċ ta’ qabel il-Programm sar mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz u l’ Associazione Culturale Musicale Bandistica Synphonica Citta` di Viagrande. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz daqqet din il-mużika kif ġej.
Innu Marċ | San Lawrenz | Giuseppe Frendo |
Bad Romance | Lady Gaga | Arr. Jay Dawson |
Happy | Pharell Williams | Arr. Gordon Baldacchino |
My Girl | The Temptations | Arr. John Higgins |
It’s Raining Men | The Weather Girls | Arr. Frank Bernaerts |
Wake Me Up! | Avici! | Arr. Tom Wallace |
Can’ Stop the Feeling | Justin Timberlake | Arr. Paul Murtha |
Smells Like Teen Spirit | Nirvana | Arr. Michael Brown |
Build me up Buttercup | The Foundations | Arr. Paul Murtha |
All About that Bass | Meghan Trainor | Arr. Joseph Chircop |
Counting Stars | One Republic | Arr. Matt Conaway |
Still Got the Blues | Gary Moore | Arr. Jonathan Abela |
Reet Petite | Jackie Wilson | Arr. Frank Bernaerts |
Uptown Funk! | Bruno Mars | Arr. Jay Bocook |
Shape of You | Ed Sheeran | Arr. Matt Conaway |
Cheerleader | OMI | Arr. Patrick Roszell |
Sweet Caroline | Neil Diamond | Arr. Tim Waters |
Hotel California | Eagles | Arr. Joe Brown |
Firework | Katy Perry | Arr. Heathcliffe Balzan |
Coldplay Classics | Coldplay | Arr. Michael Brown |
Crooner’s Serenade | Van Morrison, Frank Sinatra, The Drifters | Arr. Justin Williams |
All Right Now | Free | Arr. Joe Brown |
Innu Marċ | Ċentinarju | Paul Schembri |
Innu Popolari | San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Innu | Banda San Lawrenz | Hector H. Dalli |
Vittoriosa in Festa tal-2019 kien għal darb’oħra b’tema mill-iktar oriġinali. Bl-isem ta’ A Musical Odyssey, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet lil dawk kollha li attendew fi vjaġġ mużikali li beda mis-seklu 19 sas-seklu 21, minn mużika klassika għal dik moderna u Pop. Flimkien mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz, li kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, ħadu sehem il-kantanti Ozzy Lino, Christian Arding u Jasmine, fil-waqt li Marc Galea ingħaqad mal-Banda bl-Electric Guitar. Fuq kollox, mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz ingħaqdu l-allievi tas-Soċjeta` li daqqew We Will Rock You, fil-waqt li l-Banda daqqet dawn is-siltiet mużikali.
Innu Marċ San Lawrenz | Giuseppe Frendo |
Light Cavalry | Franz Von Suppe, Arr. Charles Godfrey |
Traviata | Giuseppe Verdi, Arr. Alamiro Giampieri |
Nutcracker Suite | Peter I. Tchaikovsky, Arr. Paul Lavender |
Beguine for Brass | James Howe |
Big Band Dixie | Arr. Bob Lowden |
West Side Story | Leonard Bernstein, Arr. Michael Sweeney |
All Shook Up | Arr. Ted Ricketts |
We Will Rock You | Queen, Arr. Michael Sweeney |
Sweet Child ‘O Mine | Guns N’ Roses, Arr. Joe Brown |
Everything I do, I do it for You | Brian Adams, Arr. Ron Sebregts |
Nothing Else Matters | Metallica, Arr. Jonathan Abela |
A Tribute to Amy Winehouse | Arr. Peter Kleine Schaars |
Price Tag | Jessie J, Arr. Jonathan Abela |
Shut Up and Dance | Walk the Moon, Arr. Matt Conaway |
Innu Marċ Ċentinarju | Paul Schembri |
Innu Popolari San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Innu tal-Banda | Hector H. Dalli |
Wara li fis-sena 2020 ma kienx possibbli li jsir il-programm Vittoriosa in Festa minħabba l-pandemija COVID-19, tant li anke ma saritx il-festa, fis-sena 2021, għalkemm il-pandemija kienet għadha għaddejja, is-sitwazzjoni u l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet ppermettew li l-programm mużikali din id-darba jsir. Minnkejja li l-Festa għal darb’oħra ma saritx kif nafuha imma b’format differenti, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz xorta waħda tellgħet programm mużikali tal-ogħla livell. B’xelta mużikali varjata minn kull żmien, fuq palk armat apposta għaliex il-planċier ma ntramax, u bl-udjenza b’format cabaret f’area magħluqa apposta fil-pjazza, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Mro Francois Borg. Flimkien mal-banda ingħaqad il-kantant Lello, li kanta diversi siltiet popolari mir-repertorju li esegwiet il-Banda Vittoriosana San Lawrenz.
Innu Marċ San Lawrenz | Giuseppe Frendo |
Coldplay Classics | Arr. Michael Brown |
Michael Jackson Hits | Arr. Johnnie Vinson |
Samba de Janeiro | Arr. M. Viziru |
Let’s Get Loud | Arr. Jan Van Kraeydonck |
Bruno Mars Greatest Hits | Arr. Victor Lopez |
Crazy Little Thing Called Love | Arr. Frank Bernaerts |
Dance Monkey | Arr. Jonathan Abela |
Canta Napoli | Arr. Fernando Francia |
Reet Petite | Arr. Frank Bernaerts |
Summer of 69 | Arr. Frank Bernaerts |
I was made for Loving You Baby | Arr. Jan Van Kraeydonck |
Eighties Flashback | Arr. Paul Murtha |
Mamma Mia! | Arr. Frank Bernaerts |
Queen in Concert | Arr. Ray Sciberras |
Innu Marċ Ċentinarju | Paul Schembri |
Innu Popolari San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Innu tal-Banda | Hector H. Dalli |
Fis-sena 2022, Vittoriosa in Festa rritorna b’mod normali wara s-snin karaterizzati mill-pandemija COVID-19. It-tema magħżula għal dan il-programm kienet Around the World in 80 Minutes, tema ispirata mill-ktieb u l-film ċelebri Around the World in 80 Days. Permezz tal-banda taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, is-siltiet mużikali li ndaqqu għamlu l-vjaġġ ta’ Phileas Fogg madwar id-dinja, bit-tluq u r-ritorn lura jkun fl-Ingilterra. Ta’ min jgħid li kien intrama wkoll bħas-soltu il-planċier artistiku, u flimkien mal-banda ingħaqdu diversi kantanti u animazzjonijiet differenti. Il-programm mużikali li għamlet il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kien dan li ġej:
Innu Marċ San Lawrenz | Giuseppe Frendo |
Around the World in 80 Days | Arr. Otto M. Schwarz |
Ciao Adios | Arr. Jonathan Abela |
Can Can | Arr. Arthur Hibbert |
The Best of Zucchero | Arr. P. Pia |
Prince of Egypt | Arr. Jay Bocook |
Everest | Jacob De Haan |
Aladdin | Arr. Paul Jennings |
Mulan | Arr. Johnnie Vinson |
La Speranza | Masanori Taruya |
Summer of 69 | Arr. Frank Bernaerts |
The Blues Factory | Jacob De Haan |
New York New York | Arr. Frank D. Cofield |
With or Without You | Arr. Etienne Spiteri |
Adele in Concert | Arr. Michael Brown |
Innu Marċ Ċentinarju | Paul Schembri |
Innu Popolari San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Innu tal-Banda | Hector H. Dalli |
Il-Programm Vittoriosa in Festa tas-sena 2023 kellhu t-tema ta’ “The Last Dance”, għaliex is-siltiet mużikali li ndaqqu mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz irriflettaw stili differenti ta’ żfin popolari madwar id-dinja. L-istili li ndaqqu kien jinkludu valzi, tango, Swing, Soul u Salsa fost l-oħrajn. Quddiem pjazza mimlija bl-udjenza li attendiet bi ħġara, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela u fil-waqt li ndaqqu diversi solos mill-bandsti partikolarment tal-post, ingħaqdu mal-banda il-kantanti Christian Arding, Petra u Anna kif ukoll Brenda Musu fuq l-Electri Guitar. Il-mużika li ndaqqet kienet hekk kif ġej:
Innu Marċ San Lawrenz | Giuseppe Frendo |
Benny Goodman the King of Swing | Arr. Paul Murtha |
A Night at the Ballet | Arr. James Curnow |
Aretha Franklin – The Queen of Soul | Arr. Paul Murtha |
Voices of Spring | A. Hibbert |
Time of My Life (Dirty Dancing) | Arr. Jan Van Kraeydonck |
Havana | Arr. Matt Conaway |
Libertango | Arr. Marco Somodassi |
Highlights from Grease | Arr. Paul Murtha |
El Cumbanchero | Arr. Naohiro Iwai |
Dance Monkey | Arr. Jonathan Abela |
Michael Jackson Hit Mix | Arr. Johnnie Vinson |
Jerusalema | Arr. Michael Brown |
Innu Marċ Ċentinarju | Paul Schembri |
Innu Popolari San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Innu tal-Banda | Hector H. Dalli |
Bit-Tema ta’ “20 Years Vittoriosa in Festa”, il-programm mużikali tal-2024 immarka l-20 sena anniversajru minn meta il-ġurnata tas-7 t’Awwissu ġiet mgħammda bl-isem ta’ Vittoriosa in Festa. Għaldaqstant, bix-xieraq il-mużika li ndaqqet kienet ġejja minn diversi programmi mużikali li saru fl-aħħar 20 sena, b’għażla mżewqa għall-aħħar li niżlet għasel mal-pubbliku inġenerali. Madanakollu, sfortunatament dan il-programm ma kellux isir fuq il-planċier tas-Soċjeta`, u lanqas fil-pjazza prinċipali tal-Belt Vittoriosa minħabba l-proġett ta’ tisbieħ li għaddej fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa. Minħabba f’hekk, Vittoriosa in Festa tal-2024 sar quddiem il-Knisja ta’ San Lawrenz. Flimkien mal-banda, li kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, ingħaqu l-kantanti Ludwig Galea u Tiziana, fil-waqt li Marc Galea kien il-kitarrist. Il-programm kien hekk kif ġej:
Innu Marċ San Lawrenz | Giuseppe Frendo |
The Greatest Show | Arr. Paul Murtha |
Blue Danube | Johann Strauss II |
Escape to Victory | Rieks Van Der Velde |
The Lion King | Arr. John Higgins |
Eighties Flashback | Arr. Paul Murtha |
The Magic of Andrew Lloyd Webber | Warren Barker |
Still Got The Blues | Arr. Jonathan Abela |
Santana | Arr. Giancarlo Gazzani |
Barcelona | Arr. Frank Bernaerts |
Serenata lill-Birgu | Arr. Paul Schembri |
Innu Marċ Ċentinarju | Paul Schembri |
Innu Popolari San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Innu tal-Banda | Hector H. Dalli |