Storja ta` Qaddis

San Lawrenz twieled minn familja nobbli minn Aragona fi Spanja. Il-ġenituri tiegħu kienu nies twajba hafna li dejjem ħaddnu r-reliġjon nisranija, missieru Orentius u ommu Patientia, wara il-martirju ta’ Lorenzu ġew ukoll martirizzati bħal binhom mill-Imperatur krudil Lucinius Valeriano ġewwa Ruma. Is-sena meta twieled Lorenzo hija 226 AD ġewwa HuescSan Lawrenza f’Aragona. Jingħad illi meta ommu kienet qed tistenna it-twelid tiegħu kienet tara bħal dawl imdawwar magħha. Dan id-dawl misterjuż kien ġie interpretat bħala sinjal illi t-tarbija ġol-ġuf tagħha kellu jxerred DAWL lil dawk kollha li kienu jgħixu fil-Paganiżmu. Donnu hekk kien għax ftit ferm wara fis-sena 313 l-Imperatur Kostantinu iddikjara lil Ruma bħala Imperu Kristjan u qered għal kollox il-Paganiżmu. Meta Lorenzu kien għadu żgħir ġie mogħti s-Sagramenti tal-magħmudija, tat-tqarbin u griżma tal-isqof. Hu kien wieħed mill-aktar martri importanti b’sistema ta’ ġieħ reliġjuż u tradizzjoni qawwija ħafna fl-istorja tal-Knisja Universali.

Sistu, Papa futur, kien filosofu Grieg u diġa` Arċidjaknu ġewwa Ruma meta kellu żjara ġewwa Spanja minħabba xogħol konness mal-Knisja. Dan malajr sar ħabib kbir ta’ Lorenzu fejn saħansitra stiednu sabiex jingħaqad miegħu fuq xogħol tal-Knisja u jieħdu miegħu Ruma. Hawn Lorenzu kellu jħalli art twelidu sabiex ikompli l-istudji u d-dmirijiet tiegħu għall-qassis u biex jaħdem fost il-Kristjani. Lorenzu malajr aċċetta l-offerta ta’ Sistu. Matul il-vjaġġ twil tagħhom għal Ruma għaddew minn Ġenova fejn ikkonvertew bosta Pagani għall-Kristjaneżmu u fejn hemm ukoll leġġenda illi tgħallem li meta Lorenzu wasal Ruma, l-allat foloz Pagani tregħdu bl-entużjażmu tiegħu. Minbarra l-virtujiet li Lorenzu kien jippossjedi, dan kien ukoll bniedem li kien iħobb ħafna l-paċi u ħadem ukoll bħala speċi ta’ social worker. Kien bniedem dedikat wisq għall-komunita` li f’dak iż-żmien kienet trattata ferm ħażin u ppersegwitata minn nobbli u sinjuri Pagani. Lorenzo ħabb ferm lil Alla, infatti nsibu illi din l-istess imħabba lejn Alla li mexxietu fi triq tas-sofferenzi u martirju, wieħed mill-aktar martirji ħorox magħrufa matul is-snin kollha.Lorenzo trabba ġewwa Saragoża fejn ġie edukat sew ħafna u sar meqjus bħala eżempju tajjeb għal tfal oħra. Kien ferm intelliġenti fejn sar l-aħjar alliev fl-iskola. Kulħadd kien iħoss illi kellu xi ħaġa qrib ferm il-qdusija, dan ġiegħel lill-isqof ideffsu fid-dmirijiet tal-Knisja sabiex isir qassis. Il-ħajja għas-saċerdozju kibret ferm fih speċjalment meta ltaqa’ ma’ Sistu.

Meta wasal Ruma iż-żagħżugħ Lorenzu ingħata l-merħba mill-Papa Fabianu. Lorenzu pront beda xLawrenz Jinvista il Papa Rumaogħlu biex jgħin lill-Kristjani u jgħallem l-Evanġelji. Fl-eta` ta’ 24 sena biss kien diġa` jassisti lid-Djakni ta’ Ruma. Wara li miet il-Papa Fabianu it-tron ta’ Ruma kien immexxi mill-Papa Luju. Dan il-Papa laħħaq lil Lorenzu bħala wieħed mid-Djakni ta’ Ruma biex ikompli ix-xogħol spiritwali, u sadanittant kien ġa sar sudditu Ruman. Lorenzu għen ħafna lil dawk illi jsofru, il-foqra, il-morda u xjuħ u lil dawk li ma setgħux jgħinu lilhom infushom speċjalment f’xi epidemiji li ttorturaw lill-Belt ta’ Ruma, kien iħoss wisq għalihom. Meta laħaq Sistu bħala Papa Sistu II fis-sena 257 wara Kristu, sena waħda biss qabel il-martirju ta’ Lorenzu, il-Papa laħħqu bħala Arċidjaknu ta’ Ruma. Issa insibu lil Lorenzo bħala l-Vigarju u teżorier tal-Knisja biex aktar jassisti lill-Papa Sistu II. Kien ukoll responsabbli ta’ sitt Djakni ta’ Ruma. Dawn kien jisimhom Agapitus, Felixissimus, Vincenzius, Gennarius, Magnus u Stephanus.

Fi żmien qasir hu ħa r-responsabbilta` ta’ bosta attivitajiet u xogħol tal-Knisja bħal l-amministrazzjoni ta’ fondi tal-Knisja, kien jieħu ħsieb relikwi sagri ta’ diversi martri speċjalment dawk ta’ San Pawl u San Pietru, l-arkivji, ilbies sagru u liturġiku u d-diversi ċeremonji li jsiru mill-Papa Sistu II.

Fis-sena 257 AD l-imperatur Lucinius Valeriano ħareġ editt għall-membri tal-Knisja fejn ikkundannhom għall-mewt. Dan l-editt kien magħruf bħala Episcopi, Presbiteri et Diaconi immenti menti animadvertantus. Il-propjeta` tal-knisja, li ma kinitx wisq f’dak iż-żmien kellha tiġi konfiskata, u l-qima flimkien ma’ ċelebrazzjonijiet Kristjani tiġi projbita. Dan ordna kastigi ħorox għal dawk kollha li jirrifjutaw illi jobdu dan l-edditt. Hawn Sistu II ordna sabiex l-oġġetti sagri inkluż relikwi jitpoġġew f’post bogħod mill-periklu.Kien filfatt minhabba din l-ordni illi Sistu II ġie arrestat flimkien mal-kleru mill-katakombi waqt funzjoni sagra. Dan ġie mitfugħ il-ħabs u nġieb quddiem is-senat fejn Valeriano ikkundannah għall-mewt bla ebda ħniena. Sistu II inqatgħatlu rasu fit-tempju tal-alla Ruman Marte.

Waqt illi Sistu kien qiegħed jiġi eskortat għall-ħabs wara l-arrest iltaqa’ ma’ Lorenzu fit-tarf tat-triq, hawn Lorenzu kif ra lill-ikbar ħabib tiegħu arrestat tant ħass ghalih u ġera għal fuqu. Sistu qallu illi kienu sejrin jiltaqgħu fil-ġenna fi żmien qasir ta’ tlett ijiem. Hu ordna lil Lorenzu sabiex iqassam it-teżori tal-knisja lil dawk kollha fil-bżonn li jgħixu f’Ruma biex jgħinhom fi bżonnijiet tal-ħajja minħabba ż-żmien ikraħ li kienu jgħixu fih bosta foqra.

Lorenzo obda din il-missjonPittura ta' San Lawrenzi mogħtija lilu mill-Papa u mar iltaqa’ mal-foqra, morda u xjuħ fil-katakombi fejn qassam dak li kienet tipposjedi l-Knisja ta’ Ruma, bħal oġġetti tad-deheb, fidda u flus. Lorenzu fejjaq bosta nies għomja, morda bil-pesta u oħrajn permezz tas-sinjal tas-salib. Għalhekk il-knisja tkanta fl-antifona ta’ dan il-qaddis Qui per signum crucis caecos illuminavit. Il-Knisja tkanta wkoll Levita Laurenzius bonus opus operatus est.

F’wahda mill-aħħar missjonijiet tiegħu qabel ma’ gie martirizzat Lorenzu mar ġewwa l-Grotta ta’ Neposian fejn kien hemm bosta nsara moħbija minhabba l-persekuzzjoni. Hu ħaslilhom saqajhom kif kien għamel Kristu lill-Appostli. Beda jimlihom bil-kuraġġ u tahom bosta teżori u flus biex ikunu jistgħu jixtru ħwejjeġ u ikel. Huma fehmu li Lorenzu kien bħal Stiefnu, meta aktar tard dawn iż-żewġ qaddisin bdew jiġu impittra dejjem flimkien minn bosta artisti. Ruma ħabbet ferm lil Lorenzu u ddikjaratu bħala l-qaddis Patrun wara San Pawl u San Pietru. Aktar tard kien meqjus bħala l-akbar qaddis għal Ruma.

Lorenzu talab ukoll lil Alla sabiex l-istatwi tal-allat tal-imperu Ruman jitfarrku u meta Lorenzu daħal fit-tempju l-leġġenda tgħallem illi parti mil-bini tat-tempju iġġaraf u xi idoli waqgħu u tfarrku mal-art. Din kienet ir-replika x’aktarx illi ġrat meta l-Appostlu San Pawl daħal fit-tempju antik ta’ Diana.Sfortunatament dawk il-Kristjani li mar iżur Lorenzo kollha kienu jafu li mhux sejrin jiltaqgħu miegħu aktar u l-laqgħa ta’ dak inhar kellha tkun l-aħħar għalihom. Jingħad illi Lorenzu kien jipposjedi l-famuża bieqja, jew il-kus, li skont il-leġġendi kienet użata minn Kristu fl-Aħħar Ċena. Dan il-kus kien fost it-teżori tal-Knisja iżda Lorenzu ma setax joffrilhom lil dawk il-foqra u l-morda. Jingħad ukoll illi dan illum jinsab ġewwa Spanja fil-Katidral ta’ Valenzja ġewwa Aragona.Lawrenz u Hippolitu

Xi dokumenti jallegaw illi Sistu II u d-Djakni ġew meħuda ġewwa pjazza quddiem it-tempju fejn Lorenzu kien informa lill-Papa illi kien obda u l-ordni illi tah ġiet esegwita, jiġifieri illi kellu jqassam il-ġid tal-knisja flimkien mat-teżori. Meta s-suldati semgħu dan arrestaw lil Lorenzu. Wara l-qtugħ tar-ras tas-sitt Djakni li kienu ma’ Lorenzu, is-suldati qabdu ma’ Lorenzu u ħaduh quddiem il-Prefett ta’ Ruma fejn irrapurtaw dak kollu li kien intqal bejn Lorenzu u Sistu li t-teżori ġew imqassma lin-nies Rumani u mhux mogħtija lill-imperu.

Ġewwa l-ħabs Lorenzu kien maqful taħt l-art ġewwa ċella taħt il-kustodja ta’ Hypolitus li kien inkarigat mill-priġunieri t’hemm. F’dan il-ħabs Lorenzu għamel bosta mirakli fejn fejjaq morda u ta d-dawl lil diversi għomja. Dan iltaqa’ ma’ Lucillus hemm u wara illi spjegalu l-prinċipji tal-misteru tal-fidi, għammdu u tah lura d-dawl bis-soltu sinjal tas-salib. Hipollitu il-gwardjan tal-ħabs kien ferm affaxxinat u mistgħaġeb bil-mirakli ta’ Lorenzu li esegwa permezz tal-qawwa Divina fuq dawk fil-bzonn, u sab liż-żgħażugħ Lorenzu ferm attraenti. Kien dan il-waqt illi filfatt Hipollitu irċieva l-fidi u ġie ukoll mgħammed minn Lorenzu. Mimli spirtu u fidi soda ġdida Hipollitu sab ċerta serenita` u ġab ukoll lill-familja u relattivi oħra sabiex jirċievu l-magħmudija Kristjana min għand Lorenzu.

Lawrenz u Cornelius, il-Prefett ta' RumaCornelius, il-prefett ta’ Ruma sar jaf li Lorenzo kien qiegħed ixerred tagħlim Kristjan fil-ħabs fejn kien miżmum. Sejjah lil Lorenzu fejn qallu illi kien jaf bit-teżori li kellha l-knisja. Qallu “Ġibhom agħtihomlna għax l-istat għandu bżonnhom u Ċesare’ qiegħed fil-muniti, agħti lil Ċesare’ dak li hu tiegħu”, u kompla bil-wegħda tiegħu u qallu jekk jagħmel dan ikun meħlus. Ċertament Lorenzu qatt m’ emmen dan kollu u rrisponda hekk, “jien nagħtik it-teżori li huma tant prezzjużi iżda għandi bżonn tlett ijiem żmien sabiex niġbor kemm nista’”. Il-Prefett ta’ baħnan li kien stagħġeb mhux ftit għal din l-offerta ġeneruża fejn qatt ma basar u ħaseb x’kellu f’mohhu Lorenzu, għalhekk emmen dak li qallu. L-istat ta’ Ruma kien fi stat ferm hażin u kritiku u kellu bżonn il-flus għax Ruma kienet daħlet fi gwerra mal-Babilonja, il-Persja jew ahjar l-Iraq tal-lum.

Lorenzu ġab lill-Prefett fil-loġġa tal-palazz u urihomlu lil dawk in-nies foqra, xjuħ u oħrajn bi bżonnijiet speċjali. Meta il-prefett ra lil dawk kollha preżenti min flok it-teżori li kien jistenna, dawk kollha bdew jgħajjtu u jitolbu ħniena mingħandu u mingħand l-Imperatur. Dan beda jgħajjat b’rabja kbira u staqsa, “Xi trid tgħid biha din? Fejn huma t-teżori li wegħdtna li sa ġġib?” Lorenzu wera b’sebgħu lejn dawk kollha miġbura fil-loħħa u rrisponda “Dawn huma t-teżori tal-Knisja li wegħdtkom”. Kemm il-Prefett kif ukoll l-Imperatur bdew jgħajjtu ma’ Lorenzu “Int ma għandek l-ebda dritt tinsultana u tidhak bina b’dan il-mod” u l-Imperatur żied, “Il-martirju tiegħek mhux se jsir malajr iżda sa jieħu siegħat biex iseħħ u int trid tmut bil-mod il-mod b’turmenti kbar”. Intant nafu illi r-Rumani kienu jafu sew kif jagħtu dawn it-turmenti u l-Imperatur ordna lil Lorenzu għal darb’ohra sabiex iqim lill-allat Rumani, iżda Lorenzu naturalment mimli b’kuraġġ Divin irrifjuta bil-qawwa kollha.Sadanittant Lorenzu kien tħalla f’idejn il-gwardjan tal-ħabs magħruf bħala Perfectus li filfatt kien il-konvertit Hipollitus, kienu għadhom ma jafux illi kien ilu ftit konvertit minn Lorenzu. Permezz tat-trasport ipprovdut mill-istess stat u l-Prefett, Perfectus (Hipollitu) akkumpanja lil Lorenzu għal ġo dawk it-toroq koroh u maħmuga b’nies foqra u ffullati b’nies neqsin min ċerta indafa b’faqar liema bħalu ġewwa Ruma (slams) fejn ġabar numru sostanzjali ta’ nies minn fosthom li kienu foqra, xjuħ, bi bżonnijiet speċjali, morda u ġew mgħejjuna sew minn diversi Kristjani u mat-tielet jum Lorenzu ġabhom kollha fil-palazz tal-Imperatur.

Cornelius, il-Prefett ta’ Ruma għamel l-aħħar attentat tiegħu sabiex jipprova jibdel il-fidi ta’ Lorenzu fid-9 t’ Awwissu. Il-qaddis martri ġie għalhekk mogħti diversi turmenti bl-aħħar wieħed ikun dak magħruf meta xeħtuh fuq gradilja u ħarquh fuq nar bati sabiex sbieħ l-10 t’ Awwissu tas-sena 258 AD. Ħalla ħajtu fl-eta` ta’ 32 sena. Fost leġġendi insibu li waqt li Lorenzu kien qed jiġi martrizzat fuq il-gradilja fatali, qal lil Cornelius sabiex jibda jiekol peress li naħa waħda kien lest, u talab biex idawwruh in-naħa l-oħra. Jingħad ukoll li waqt il-martirju Lorenzu baqa’ il-ħin kollu bit-tbissima fuq xufftejh. Jingħad illi San Lawrenz sofra għaxar martirji kbar qabel l-aħħar wieħed. Dawn it-turmenti kienu kif ġej:

1. Kien imsawwat b’vireg tal-metal jaħarqu li kellhom ponot ħerġin minnhom biex iqattgħu l-laħam ma kull daqqa fuq ġismu. Dawn il-vireg kienu magħrufa bħala Skorpjoni. Din l-ewwel tortura seħħet fil-palazz tal-Imperatur.

2. Din kienet tikkonsisti fi flaġellazzjoni permezz ta’ ħbula b’ballun taċ-ċomb marbut fit-tarf.

3. Kien ġie marbut bi ktajjen tal-ħadid, jum biss qabel l-aħħar tortura fid-9 ta’ Awwissu meta ġie preżentat lill-Cornelius il-Perfett ta’ Ruma. Kien ġie ordnat jimtedd fuq il-Catasta. Dan kien strument Ruman tat-tortura li kien jidher bħal sodda tal-ħadid. Ma din, is-saqajn u l-idejn tal-vittma kienu jiġu marbuta u miġbuda, kultant din kienet toħloq strangular.

4.Din it-tortura saret fil-palazz ta’ Tiberius quddiem l-imperatur Valeriano filwaqt illi kien bilqiegħda fuq it-tron fejn għal darb’oħra ordna lil Lorenzu jagħti qima lil Giove, alla falz Ruman, iżda Lorenzu għal darb’oħra irrifjuta. Għalhekk, l-imperatur ordna illi Lorenzu jiġi msawwat għal darb’oħra bi bsaten tal-injam.

5. F’din it-tortura Cornelius ordna lil Lorenzu biex jimtedd fuq il-Catasta għal darb’oħra għat-tortura tal-moxt. Dan kien strument speċjali tal-ħadid forma ta’ moxt kbir bi snien bil-ponta jisolħu l-ġilda tal-vittma.

6. Wara dawn it-torturi Lorenzu żied il-kuraġġ tiegħu biex jaffronta iktar lil Valeriano, dan ta l-ordni biex ipoġġu pjanċi jaħarqu tal-metall mal-ġisem imneżża ta’ Lorenzu.

7. Wara ġie meħud f’kamra żgħira għal tortura oħra bi strument li jdendel lill-vittmi minn idejhom. Hawn kien il-mument meta Romanu li kien suldat Pagan konvertit minn Lorenzu u li kien ġie aktar tard maqtul billi qatagħulu rasu barra meta saru jafu dan. Romanu kien ikkonverta għax kien ra viżjoni t’ anġlu żgħażugħ sabieħ jixxotta d-demm u l-għaraq mill-ġisem ta’ Lorenzu.Il Mewt ta' San Lawrenz

8. Valeriano baqa’ jinsisti u jwiegħed lil Lorenzu li jwaqqaf it-tortura jekk hu (Lorenzu) jagħti qima lil allat Pagani. Iżda bħal ma nafu Lorenzu irrifjuta bil-qawwa u b’fidi qawwija. Wara dan l-Imperatur ordna lis-suldati sabiex ikissru snien Lorenzu b’xi biċċiet tal-ġebel.

9. Din kienet l-aktar tortura brutali u fatali, Lorenzu ġie marbut bi ktajjen ma’ gradilja tal-ħadid u ġie mixwi għal mewt bil-mod ferm sakemm ruħu harget minn ġismu. Dan il-martirju huwa wieħed uniku fost il-martirji kollha fl-istorja.

10. Valeriano ta ordni oħra lis-suldati sabiex iġibu frieket kbar tal-metal biex idawru l-ġisem qaddis ta’ Lorenzu minn naħa għall-oħra, dan ġie mdawwar b’dawk il-frieket li bla dubju żgur żiedu l-uġiegħ sakemm miet.

Lorenzu ġie maqtul fl-10 t’ Awwissu tas-sena 258. Prudentius kiteb illi l-martirju tiegħu serva żgur ta’ prelludju tat-tmiem tal-Paganiżmu Ruman. Kulħadd skanta u ħass bil-kuraġġ u erojiżmu taż-żagħżugħ martri. Is-serenita` illi hu għadda minnha mal-eħrex turmenti kienu l-kaġun ta’ bosta konverżjonijiet peress illi dawn it-turmenti kienu meqjusa bħala l-eħrex fl-istorja ta’ Ruma Pagana, x’aktarx l-eħrex wara dawk ta’ Kristu.

Santu Wistin jiddeskrivi lil San Lawrenz bħala “Il-Padrun tal-Knisja u l-Kampjun tal-Qaddisin”.