
Minn żmien għall-ieħor, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz dejjem daqqet u tellgħet Programm Mużikali Speċjali , li ħafna drabi tkun marbuta ma’ xi okkażjoni speċjali. Filfatt hekk kien ġara il-Ħadd 22 ta’ Novembru fl-1987, meta il-Banda San Lawrenz daqqet fit –Teatru Manoel, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tla-Festa ta’ Santa Ċeċilja. Għal din l-okkażjoni, il-Banda San Lawrenz daqqet dan il-Programm.
| Sinfonia | Malta | P. Vassallo |
| Musical | Legend of the Glass Mountain | N. Rota |
| Sinfonia | Diana | G. Giumarra |
| Selection | South Pacific | R. Rodgers |
| Fantasia | Capriccio Italiano | P. Tchaikovsky |
| Overture | Saul | A. Bazzani |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
| Innu | Malti | R. Sammut |

Fis-Sena 1990, meta l-Birgu kien qiegħed jiċċelebra id-disa’ Ċentinarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz, ma setax jonqos li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ma tagħmilx Programm Mużikali speċjali biex tikkommemora din l-okkażjoni. Filfatt, nhar it-Tnejn 30 ta’ Lulju 1990, Il-Banda Vittoriosana San San Lawrenz tellgħet Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz, bid-daqq ta’ din il-mużika.
| Intermezzo | Introduzione | Kan. L. Fenech |
| I Lombardi | Alla Prima Crociata | G.Verdi |
| Marcia Sinfonica | Lilliana | S. Fabri |
| Forza del Destino | Coro Degli Angeli | G. Verdi |
| Marcia | Slava | P. Tchaikovsky |
| Nabucco | Va Pensiero | G. Verdi |
| Sinfonia | Chiara | P. Schembri |
| Innu Kbir | San Lawrenz | H.H. Dalli |
| Innu Popolari | San Lawrenz | L. Galea |
| Innu | Ċentinarju | Kan. L. Mifsud |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Erbgħa snin wara, propju fis-sena 1994, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz, għal darb’oħra, tellgħet Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz, din id-darba fl-okkażjoni tal-50 sena mill-Pellgrinaġġ li wassal lura l-istatwa titulari ta’ San Lawrenz fil-Belt Vittoriosa wara t-tieni Gwerra Dinjija u l-inawgurazzjoni tal-Bandalora Artistika tal-istess Soċjeta`. F’dan li program, li sar nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju, indaqqet din il-mużika.
| Overture | Saul | A. Bazzini |
| Iris | Inno al Sole | P. Mascagni |
| Cavalleria Rusticana | Coro delle Arancie | P. Mascagni |
| Overture | Pasqua Russa | R. Korsakov |
| Ben Hur | Parade of Carioteers | M. Rozsa |
| Madame Butterfly | Humming Choir | P. Schembri |
| Sinfonia | Chiara | P. Schembri |
| Innu Kbir | San Lawrenz | H.H. Dalli |
| Innu Popolari | San Lawrenz | L. Galea |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Fl-2008, fl-okkażjoni ta’ Għeluq il-125 sena mit-Twaqqif Uffiċjali tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz u l-Inawgurazzjoni tal-Planċier Artistiku, il-Banda daqqet Programm Vokali u Strumentali Memorabbli., bis-sehem tat-Tenur Brian Cefai, il-Baxx Louis Cassar u il-Kor Amadeus Chamber Choir. Memorabbli għax kien qed isir għall-ewwel darba fuq il-plancier lest, u memorabbli għall-ammont inkredibbli ta’ persuni li attendew għalih, li prattikament ħonqu pjazza. Dan il-Programm sar nhar it-30 ta’ Lulju 2008, fl-aħħar ġurnata tal-Festi Kbar li s-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz organizzat għal din l-okkażjoni. L-għażla tal-Mużika f’dan il-Programm Mużikali kienet din.
| Innu Marċ | San Lawrenz | G. Frendo |
| Sinfonia | Inaugural | H.H. Dalli |
| Opera | Nabucco – Va Pensiero | G. Verdi |
| Opera | Turandot – Nessun Dorma | G. Puccini |
| Opera | Coro delle Arancie | P. Mascagni |
| Overture | Canena | P. Schembri |
| Opera | Iris – Inno Al Sole | P. Mascagni |
| Aria | Aida | G. Verdi |
| Innu Kbir | San Lawrenz | H.H. Dalli |
| Innu Marċ | Ċentinarju | P. Schembri |
| Innu Popolari | San Lawrenz | L. Galea |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Fis-sena 2012, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz iċċelebrat Anniversarju importanti ieħor – il-25 Anniversarju mill-ħatra tas-Sur Lawrence V. Farrugia bħala President tas-Soċjeta`. Kif jista’ jonqos, dan l-anniversarju hekk importanti ġie ċċelebrat bis-sħieħ mis-Soċjeta` tagħna. Il-qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet intlaħqu nhar il-Ħamis 2 t’Awwissu, meta sar marċ u wara Programm Mużikali mill-Banda fuq il-Planċier tas-Soċjeta`. Fil-marċ ħadu sehem diversi soċjetajiet mużikali oħra, peress li din is-sena ħabtet ukoll il-25 sena minn meta s-Sur Farrugias kien inħatar President tla-Għaqda Każini tal-Banda. Flimkien mal-banda ħa sehem ukoll il-kor Coro Bel Canto. Il-mużika li ndaqqet f’din l-okkażjoni tinsab elenkata hawn taħt.
| Innu Marċ | San Lawrenz | G. Frendo |
| Classic Overture | President’s Jubilee | P. Schembri |
| Tenor & Sopran | The Prayer | D. Foster |
| Soprano | O Mio Babbino Caro | G. Puccini |
| Overture | The Merry Wives of Windsor | O. Nicolai |
| Instrumental | Daniel’s Lullaby | D. Sammut |
| Choir | Lombardi Prima Crociata | G. Verdi |
| Choir | Cavalleria Rusticana | P. Masacagni |
| Duet & Choir | Trvaiata – I Brindisi | G. Verdi |
| Tenor & Choir | Pomp & Circumstance | E. Elgar |
| Tenor, Baritone & Choir | Innu lil San Lawrenz | H. H. Dalli |
| Innu Marċ | Ċentinarju | P. Schembri |
| Innu | San Lawrenz | L. Galea |
| Innu | Banda San Lawrenz | H. H. Dalli |

Nhar is-Sibt 5 ta’ Settembru 2015, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, flimkien mal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, tellgħu programm flimkien għall-ewwel darba. Dan il-programm sar bħala parti mill-attivitajiet tal-450 sena anniversarju mill-Assedju l-Kbir, organizzat mill-Kunsill Lokali. F’dan l-avveniment storiku, iż-żewġ soċjetajiet tal-Belt Vittoriosa ħadmu flimkien sabiex ittella’ programm tal-aqwa livell, biż-żewġ surmastrijiet jgħaddu siltiet mużikali kif indikat hawn taħt:
| Innu Malti | Robert Sammut | Mro Jonathan Abela |
| Alba d’Amore | Giovanni Giumarra | Mro Jonathan Abela |
| Die Fledermaus | Johan Strauss | Mro Jonathan Abela |
| La Vittoriosa 3za Sinfonia | Rafael Ricci | Mro Emmanuel Spagnol |
| Anniversary | Emmanuel Spagnol | Mro Emmanuel Spagnol |
| The Provenance | Jonathan Abela | Mro Jonathan Abela |
| The Mask of Zorro | James Horner | Mro Emmanuel Spagnol |
| Oregon | Jacob de Haan | Mro Jonathan Abela |
| Hooked on Classics | Louis Clark | Mro Emmanuel Spagnol |
| Innu għall-Belt Vittoriosa | Emmanuel Spagnol | Mro Emmanuel Spagnol |
Nhar is-Sibt 28 t’Ottubru 2017, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz esegwiet il-Programm Mużikali Annwali tagħha fejn dan sar fil-Main Auditorium fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa. Pero` għal din is-sena, dan il-programm hu wieħed speċjali hekk kif fakkar it-30 sena Presidenza tas-Sur Lawrence V. Farrugia li ilu f’din il-kariga prestiġjuża mis-sena 1987. Waqt dan il-Programm is-Sur Farrugia rċieva diversi rigali u preżentazzjonijiet mill-Kumitat, Bandisti u Ħbieb. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Jonathan Abela u daqqet programm varjat ferm hekk kif indikat hawn taħt. Flimkien mal-Banda ħa sehem il-Baritonu Joseph Lia.
| Ouverture | French Comedy | Keler Bela |
| Funeral March | Of a Marionette | Charles Gounod / Arr. M. C. Meyrelles |
| Aria | Di Providenza il Mar | Giuseppe Verdi |
| Tone Poem | The Provenance | Jonathan Abela |
| Symphonic Suite | Harry Potter | John Williams / Arr. Robert W. Smith |
| Concerto | Abracadabra | Frank Ticheli |
| Concerto | Acclamations | Ed Huckeby |
| Medley | The Godfather Saga | Nino Rota / Arr. Marcel Peeters |
| Medley | Pixar Movie Magic | Arr. Michael Brown |
| Medley | Canta Napoli | Fernando Francia |
| Innu | Banda San Lawrenz | Hector H. Dalli |
Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ġunju 2018, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tellgħet il-Programm Annwali u tatu l-isem ta’ Birgu Spring Concert. il-Birgu Spring Concert pero` nistgħu ngħidu li kien Programm Mużikali Speċjali, hekk kif fakkar il-135 Sena Anniversarju tat-twaqqif tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Barra minnhekk, il-programm ġie mtella’ fil-Forti Sant’ Anġlu, propju fl-ogħla parti tiegħu fir-residenza tal-Kavallier Fra John Edward Cretien. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz esegwiet mużika mill-isbaħ u saħansitra ġdida, kompożizzjoni tas-Surmast u oħra tal-bandist tal-post Andrew Zarb. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u l-Assistent Surmast Francois Borg u daqqet din il-mużika:
| Concerto | Sedona | Steven Reineke |
| Tone Poem | Saint Angelo | Jonathan Abela |
| Operah | Nabucco | Giuseppe Verdi / Arr. Franco Cesarini |
| Leħen Rebbieħ | Awl il-Birgu, Eliġija u Tama | Andrew Zarb |
| Waltz | Emperor Waltz | Johann Strauss / Arr. T. Conway Brown |
| Concerto | Air for Band | Frank Erickson |
| Movie Theme | Back to the Future | Alan Silvestri / Arr. Frank Bernaerts |
| Musical | Mary Poppins | Richard Sherman & Robert Sherman, Arr. Irwin Kostal |
| Innu | Banda San Lawrenz | Hector H. Dalli |
Bla dubju ta’ xejn, il-ġurnata tal-1 t’Awwissu 2021 ser tibqa’ mnaqqxa f’qalb kull Vittoriosan. Wara s-snin kollha mit-Tieni Gwerra Dinjija, fejn kienet waqgħet il-koppla, propju din is-sena ġiet inawgurata mill-ġdid il-pittura tal-koppla tal-Knisja ta’ San Lawrenz li tirrappreżenta r-rebħa fuq l-Assedju, xogħol l-artist Manuel Buhagiar. Ma setax jonqos li din l-okkażjoni tant speċjali tkun immarkata minn Akkademja Mużikali mill-aqwa mtella’ mis-Soċje
ta` Mużikali San Lawrenz. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz, din id-darba f’format ta’ Orkestra, fi knisja ippakkjata, kienet akkumpanjata mit-Tenuri Alan Sciberras u Charles Vella Zarb, mis-Soprani Gabrielle Portelli u Alison Gatt kif ukoll mill-Baxx Ivan Vella. B’siltiet mill-aqwa u oħrajn mżanżna għall-okkażjoni, din is-serata kienet mtella’ wkoll mill-Arċipriet u l-Kapitlu, fejn l-Arċipriet Kan. Karm Busuttil ħallas għall-ispejjeż tal-koppla. DIn l-Akkademja Mużikali saret taħt il-Patroċinju tal-E.T. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, u kienet mxandra live minn V-SL Media.
| Salve Regina No 1 (Basso) | Lorenzo Galea |
| Let There Be Light | Jonathan Abela |
| Nessun Dorma | Giacomo Puccini |
| Thinking of Living back the Normal Life | Andrew Zarb |
| Once Upon a Time in the West | Ennio Morricone |
| La Boheme – Quando m’en vo’ soletta | Giacomo Puccini |
| Dein ist mein ganzes Herz | Franz Lehar |
| E Piu ti Penso | Ennio Morricone |
| Antifona Levita Laurentius | Kan. Luigi Fenech |
| Innu Popolari San Lawrenz | Lorenzo Galea |
Is-sena 2022 immar
kat iċ-ċelebrazzjoni tal-100 Sena Anniversarju mix-xiri ta’ Palazzo Huesca li kien sar propju fid-19 ta’ Lulju 1922. Ma Setax jonqos li s-Soċjeta` tħejji programm t’attivitajiet fil-ġranet madwar din id-data hekk importanti li kienet tinkludi wkoll Programm Speċjali. Fil-fatt, nhar is-Sibt 16 ta’ Lulju 2022, saret Akkademja Mużikali fil-Knisja Konventwali ta’ San Lawrenz fejn flimkien mal-banda ħa sehem ukoll il-kor Amadeus Chamber Choir taħt id-Direzzjoni tat-Tenur Brian Cefai. Waqt din l-Akkademja Mużikali, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz esegwiet ukoll mill-ġdid l-Innu l-Kbir lil San Lawrenz, kompożizzjoni tal-mibki ex Surmast tal-Banda Hector H. Dalli, li propju din is-sena għalaq 50 sena minn meta ġie esegwit l-ewwel darba, fl-1952. Il-mużika li ndaqqet taħt id-Direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela kienet kif ġej:
| Regina Coeli | Pietro Mascagni | Arr. Chris Pisani |
| Hallelujah | Leonard Cohen | Arr. Michael Brown |
| Bolero | Maurice Ravel | Arr. Jay Bocook |
| Hymn to Freedom | Oscar Peterson | Arr. Robert Buckley |
| Flying Throughout the Years | Jonathan Abela | |
| Ecstasy of Gold | Ennio Morricone | Arr. Lorenzo Bocci |
| Innu Kbir lil San Lawrenz | Hector H. Dalli | |
| Innu Popolari San Lawrenz | Lorenzo Galea | |
| Innu Banda San Lawrenz | Hector H. Dalli |
Fis-sena 2023, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ċċelebrat il-140 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. Fl-istess waqt, ħabat ukoll il-100 Sena Anniversarju minn meta s-Soċjeta` Mandolinistika Melita, li kienet tifforma parti mill-Banda H.R.H. Duke of Edinburgh, daqqet għall-ewwel darba l-Innu Nazzjonali Malti ġewwa t-Teatru Manoel taħt id-Direzzjoni ta’ Mro Giuseppe Frendo. Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz fakkret dan l-anniversarju hekk importanti bi programm mużikali speċjali li ttella’ fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2023, propju mitt sena eżatt wara id-daqq tal-Innu Malti għall-ewwel darba. F’din l-okkażjoni, li saret taħt il-patroċinju tal-E.T il-President ta’ Malta Dr George Vella, ġew ukoll esebiti il-partijiet oriġinali tal-Innu Malti inkluż l-iscore. Il-Banda, li kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, daqqet dawn is-siltiet mużikali u f’uħud minnhom kienet akkumpanjata mit-Tenur Alan Sciberras u l-kantanta Jasmine;
| Overture | A Jubilant Overture | Alfred Reed |
| Occasion Music | Unity and Prosperity | Jonathan Abela |
| Opera | E Lucevan le Stelle | Giacomo Puccini |
| Symphonic Band Composition | The Witch and the Saint | Steve Reineke |
| Religious | Ave Maria | Giulio Caccini |
| Brindisi Duet | Selection La Traviata | Giuseppe Verdi |
| Jazz | Caravan | Naohiro Iwai |
| Movies Medley | Morricone Portrait | Roland Kernen |
| Song | Canto Della Terra | Lorenzo Pusceddu |
| Innu | Innu Banda San Lawrenz | Hector H. Dalli |
| Innu | Innu Nazzjonali Malti | Robert Sammut |
