Il-Proġett “It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda”
Fis-sena 2012, l-Aġenzija Żgħażagħ kienet iffananzjat il-proġett Tagħlim Mużikali b’Differenza – Interattivita` fil-Banda. L-għan ta’ dan il-proġett kien investiment f’Hardware u Software bħal Laptop, Projector, Big Screen kif ukol Software adattat għat-tagħlim mużikali ta’ etajiet diversi. Nistgħu ngħidu li dan kien proġett suċċess għaliex grazzi għal dan l-investiment, l-istudenti u l-alljievi kellhom iċ-ċans li jużaw għodod li huma iktar familjari magħhom u iktar importanti minn hekk, li jkunu jistgħu jitgħallmu flimkien fi klassi. Dan qed iwassla biex l-alljievi jitgħallmu minn xulxin, kif ukoll li flimkien jitgħallmu u hemm il-possibilita` li jersqu għall-eżamijiet tat-teorija mużikali.
Matul is-sena 2015, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz għamlet proposta oħra li ġiet aċċettata u l-għan tal-proposta hu li nikkomplimentaw id-dinamiċita` tal-għalliema mużikali u l-għanijiet li jridu jilħqu f’dan ir-rigward. Nafu u nirrikonoxxu li n-numru tla-alljievi jista’ jikber iktar. Għaldaqstant l-inizjattiva tas-sena 2015 għandha l-għan waħdieni ta’ outreach biex nkabbru n-numru ta’ alljievi, u fl-istess ħin naġġornaw u nintroduċu metodi ġodda ta’ tagħlim fil-każin permezz ta’ iktar investiment.
Wara li attrezzajna it-tagħlim mużikali permezz ta’ softwares adattati għal kull eta`, kif ukoll sabiex iwassal lill-alljievi għall-eżamijiet tat-teorija, ħassejna l-bżonn li ninvestu f’hardware u aċċessorji oħra sabiex apparti lezzjonijiet ta’ teorija f’forma ta’ klassi, ikunu jistgħu isiru lezzjonijiet ta’ prattika flimkien, l-alljievi u l-bandisti tal-post. Barra minn dan is-Surmast Direttur ser ikun qiegħed imexxi l-iskola tal-mużika flimkien ma’ għalliem/a oħra sabiex inkunu aktar professjonali fir-rigward tat-tagħlim li aħna ngħaddu lit-tfal tagħna. B’hekk kulħadd jikber u jitgħallem flimkien, u anke nkunu nistgħu ntellgħu kunċerti żgħar bix-xogħol tal-bandisti u l-alljievi.
Fil-fatt, permezz tal-proġett tas-sena 2015, investejna f’leġijiet adattati, White Board, żewġ Althorns u Snare Drums. Din l-inizjattiva tikkumplimenta dak li diġa` ksibna, għaliex issa ser nkunu investejna f’iktar għodod u kumdita` sabiex l-alljievi jkunu jistgħu jattendu klassijiet ta’ prattika. Nemmnu li permezz ta’ dan l-investiment hemm aspetti innovattivi u spazju għall-kreattivita`.
Il-proġett tas-sena 2016, bl-isem ta’ Vittoriosa Kids Music Centre, għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ ittagħlim mużikali fil-każin. Fil-fatt, inxtraw numru kbir ta’ strumenti tal-perkussjoni, flimkien ma’ synthesiser, bil-għan li tiġi organizzata klassi tal-perkussjoni kull ġimgħa għal tfal minn 5 snin ‘il fuq. Aħna nemmnu wkoll li bl-introduzzjoni ta’ synthesiser waqt ir rehearsals tal-post, l-allievi ser ikollhom iċ-ċans li jifhmhu iktar u jitgħallmu dwar dak kollu li jkun qiegħed għaddej waqt il-kunċert. Barra minn dawn inxtraw ukoll photocopier, kotba sabiex jintużaw fit-tagħlim mużikali kif ukoll posters sabiex jiddendlu fis-sala tal-kunċerti.
Il-Proġett tas-sena 2017, bl-isem ta’ Vittoriosa Kids Music Centre – Kontinwita` kien ikkkonċentrat kif ser tkompli tissaħħaħ il-klassi tal-perkussjoni. Fil-fatt, inxtraw 3 xylophones immirati għat-tfal, u tapit adattat għat-tfal, fejn m’hemmx dubju li jkunu iktar komdi u attenti fl-istess ħin. Nxtrat ukoll mużika adattata kemm għaż-żgħażagħ u allievi, kif ukoll għall-perkussjoni, wara li ttieħed feedback mingħand l-allievi stess. Minnbarra dan, inxtrat ukoll First Aid Box biex f’każ ta’ bżonn, il-każin ikun attrezzat ukoll. Għall-allievi li jdoqqu l-klarinett, inxtrat għodda bl-isem ta’ Clarinet Finger. Din hi għodda li teħel mal-klarinett u tgħin ħafna fil-pożizzjoni tas-swaba u l-irfis biex dan isir kemm jista’ jkun b’mod professjonali. Inxtraw ukoll 2 Practice Mutes għall-Allievi tal-kurunetta, kif ukoll gig bag. Bil-għan li jkompli l-ear training tal-allievi u anke bandisti, inxtraw 6 Tuners clip on mal-istrumenti stess. Kienu parti mill-proġett ukoll ix-xiri ta’ Euphonium u żewġ kurunetti.
Fis-sena 2018, għal darb’oħra erġajna bbenefikajna minn din l-iskema. Bl-isem ta’ Vittoriosa Kids Music Centre – Tisħieħ b’iktar Investiment, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz kompliet issaħħaħ u tkabbar ir-riżorsi tagħha għall-ġid u l-benefiċċju tal-allievi u studenti. Fil-fatt, inxtraw 6 Recorders u l-kotba relevanti sabiex wieħed jibda jitgħallem jaqra l-mużika, bħala parti mit-taħriġ għall-meta wieħed jiħu l-istrument, 10 flowballs sabiex wieħed itejjeb il-flow tan-nifs fl-istrument, 2 breath builders, li għandhom l-għan li jgħinu lit-tfal jibnu l-istamina neċessarja, iktar kotba tal-prattika tal-istrument, kurunetta, tamborlin u 2 klarinetti, Bell Tree, 3 Practice Mutes għall-istudenti tal-kurunetta, u iktar charts għall-klassijiet il-ġodda. Din l-inizjattiva tkompli tibni ma’ dawk li saru fis-snin passati sabiex il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tkompli toffri l-aqwa tagħlim possibbli għat-tfal u ż-żgħażagħ.
Il-Proġett tas-Sena 2019 kien pjuttost innovattiv. Bl-isem ta’ ‘Team Building and Enhancement in the Vittoriosa Kids Music Centre’, dan il-proġett kellu l-għan għewlieni li jorganizza sessjoni ta’ Team Building għall-bandisti u l-allievi ġewwa Għawdex. Fil-fatt, din l-attivita` saret is-Sibt 4 ta’ Mejju 2019 fejn saru diversi sessjonijiet ta’ team building kif ukoll mixja fil-kampanja. Apparti minn hekk, din l-iskema kellha wkoll bħala parti minnha xiri ta’ Drumkit Skins, żewġ bokkini, qasab għall-Klarinett, kif ukoll ċinga u kaxxa għal Saxophone Alto, flimkien mas-salarji tas-Surmast, l-Assistent Surmast u l-Għalliema tal-klassi tat-tfal.
Minnkejja li s-sena 2021 tibqa’ magħrufa bħala s-sena li fiha għixna pandemija, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz xorta waħda baqa’ għaddejja bil-lezzjonijiet online u implimentat proġett ieħor minn din l-iskema. Bl-isem ta’ Gaming and Music – The Fusion!, dan il-proġett ra kif jagħti inċentiv lill-allievi tfal u żgħażagħ li jkomplu t-tagħlim mużikali f’dawn iċ-ċirkostanzi speċjali, billi ingħataw tokens f’currencies tal-logħob popolari Fortnite u Roblox. Ta’ min jgħid li dan il-proġett kienu l-allievi stess li pproponewh wara konsultazzjoni sħieħa magħhom. Flimkien ma’ dan, anke minħabba l-fatt li attivitajiet ta’ Team Building ma setgħux isir minħabba l-pandemija, sar Team Building online hekk kif it-tfal flimkien mal-għalliema ħadmu biex għamlu simulazzjoni żgħira fuq Minecraft. Flimkien ma’ dan, kienu inklużi wkoll is-salarji tal-għalliema mużikali tas-Soċjeta`.
Matul is-sena 2022, il-proġetti komplew għaddejjin u l-inizjattiva minn dan il-fond kien jisimha “Etiquette and Quality in the Vittoriosa Kids Music Centre”. Din l-inizjattiva kellha l-għan li tipprovdi lill-istudenti tas-Soċjeta` bil-valuri li jwasslu għall-etika u l-kwalita` bħala parti integrali mill-istudji mużikali. Dawn iż-żewġ aspetti huma ferm importanti fil-ħajja ta’ mużiċist u kultant jingħataw il-ġenb. L-etika hi ta’ mportanza kbira speċjalment meta student jingħaqad mal-banda f’kunċerti, għax kif wieħed iġib ruħu hu essenzjali sabiex ir-riżultat finali jkun ta’ suċċess. Min-naħa l-oħra, il-kwalita` hi ukoll aspett importanti ħafna, għaliex wieħed ikun jista’ jilħaq livell superjuri u sodisfazzjon ikbar waqt xi programm u kunċert. Dawn iż-żewġ aspetti intlaħqu permezz tal-akkwist ta’ numru t’għodod ġodda bħal stands tal-istrumenti, bokkini, muters ta’ prattika, clip on tuners u 3 tone chime. Dawn l-għodod ikkontribwixxew flimkien u b’mod separat sabiex jintlaħqu l-għanijiet, għaliex għodod bħal stand ta; strument u bokkini jikkontribwixxu sabiex jintlaħaq l-etikett. Imma dawn tal-aħħar, flimkien mal mute tal-prattika, clip on tuners u 3 tone chime qed jiżviluppaw iżjed il-kwalita` mistennija, li flimkien mal-Masterclasses li ġew organizzati jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-kwalita` u etika.
Is-Sena 2023 kienet sena fejn permezz ta’ dan il-proġett, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz intorduċiet il-lezzjonijiet tat-teorija fi ħdan il-Vittoriosa Kids Music Centre. Għal dan il-għan, is-Soċjeta` ingaġġat lil Ms Melanie Mizzi, għalliema wkoll tal-qasba fi ħdan l-iskola il-Vittoriosa Kids Music Centre. Madwar 20 student li l-maġġoranza tagħhom kienu diġa` allievi tas-Soċjeta` applikaw u bdew jattendu il-lezzjonijiet tat-teorija. Minħabba l-livelli u l-etajiet differenti tal-allievi, ġew organizzati 3 klassijiet u f’Novembru tal-2023, l-ewwel disgħa studenti mistennija li jpoġġu għall-eżamijiet tal-London College of Music.
Permezz tal-inizjattiva bl-isem ta’ Graphic Notes – Let’s Get Creative, fis-sena 2024 l-istudenti tal-Vittoriosa Kids Music Centre qer ikollhom l-opportunita` li jkunu kreattivi fil-kontenut mużikali li jikkreaw. L-għan hu li l-għodod li nxtraw jintużaw sabiex it-tfal u żgħażagħ jużaw it-tagħlim mużikali li jirċievu biex ikunu kreattivi b’mod grafiku. Fl-istess ħin, hu importanti ħafna li l-istudenti jaraw u jisimgħu lilhom nfushom għaliex apparti t-taħriġ tal-widna għall-intonazzjoni u anke għall-ħoss, nħossu wkoll li hu kruċjali u ta’ importanza kbira li jaraw lilhom infushom kif idoqqu. Dan għaliex il-pożizzjonijiet ta’ kif iddoqq, il-lingwa tal-ġisem, u anke l-movimenti huma kruċjali għall-iżvilupp mużikali tal-istudenti. Fil-fatt permezz ta’ din l-inizjattiva inxtraw mobile biex jiġbed il-vidoes u camera stabiliser.
Il-Proġett “Vittoriosa Kids Music Centre”
Fis-sena 2016, il-Kumitat tas-Soċjeta` ħass li l-pass li jmiss hu li jinvesti fl-akwistika tas-Sala tal-Kunċerti. Kien ilu żmien jiġi diskuss il-bżonn li dive Support Scheme tas-sena 2017, maħruġa mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, is-Soċjeta` applikat sabiex jiġi installat suffett apposta u sistema ta’ dawl ġdida. Minn studju li sar, ħareġ ċar li s-sound reverberation fis-Sala tal-Kunċerti kienet qed tlaħħaq 7.26 sekondi fi frekwenza ta’ 500 Hertz, meta suppost dan ikun bejn 0.3 sa 0.8 sekondi. Barra minn hekk, ġi
e deċiż ukoll li tiġi installata sistema ġdida ta’ dawl fis-Sala, hekk kif kulħadd qabel li d-dawl preżenti m’huwiex adekwat. Wara li ġie ffirmat il-Kuntratt, f’Marzu tal-2017 bdew isiru xoghħlijiet ta’ manutenzjoni fis-soqfa tas-Sala, permezz ta’ tikħil mill-ġdid f’ċeru partijiet fejn kien hemm bżonn. Wara, inżebgħu mill-ġdid il-ħitan u kien jonqos l-installazzjoni tas-suffett u d-dawl, li sar f’April.
Meta tlestgħu ix-xogħolijiet kollha, il-kuntrattur għamel test tas-sound reverberation wara l-installazzjoni tas-suffett. Ir-riżultat kien ta’ 0.6 sekondi fi frekwenza ta’ 500 hertz. Quddiem dan ir-riżultat, is-Soċjeta` temmen li kompliet tinvesti għal ġid tal-istudenti u t-tagħlim mużikali, u permezz ta’ dekorazzjonijiet adattati bħal posters mużikali, is-Sala ġiet attrezzata bl-aħjar mod possibbli.
Il-Proġett “The Vittoriosa Kids Music Centre – Tisħieħ u Espanzjoni”
Fis-sena 2018. is-Soċjeta` wettqet proġett ieħor ferm importanti fir-rigward tat-tagħlim tal-mużika. Fil-fatt, dan il-proġett kien dak t
al-estenzjoni tal-kmamar eżistenti fuq wara tal-każin, prinċiparjament il-kamra li kienet tintuża bħala uffiċċju, u l-kamra rtirata fis-Sala tal-Kunċerti li kienet magħrufa bħala l-kċina. Parti minn dan il-proġett ġiet iffinanzjata mill-fond tal-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti, u l-għan tiegħu kien li jkompli jkabbar l-ispazju eżistenti sabiex is-Soċjeta` takkomoda in-numru dejjem jikber ta’ allievi. B’hekk, permezz ta’ dan il-proġett, l-għalliema mużikali kollha issa jistgħu jagħmlu l-lezzjonijiet tagħhom kollha fl-istess ħin, u b’dan il-mod l-allievi qed ikunu iktar flessibbli speċjalment dawk li għandhom iktar minn lezzjoni waħda ma’ għalliema differenti. Ta’ min jgħid ukoll li parti minn dan il-proġett kienet tinkludi wkoll installazzjoni ta’ bieb tal-injam b’Double Glazing. Ix-xogħolijiet f’dan il-proġett kienu pjuttost kbar, fejn ried jinbena ħajt mill-ġdid, jitgħadda dawl ġdid, isiru żewġ ħitan permezz ta’ gypsum boards, twaħħil ta’ madum u polishing, aluminium u naturalment żebgħa.
Il-Proġett “The Vittoriosa Kids Music Centre Goes Interactive”
Dan il-proġett li ġie mplementat fis-sena 2019 kellu l-għan li jdaħħal metodu ta’ tagħlim iktar modern, kreattiv u innovattiv. Fil-fatt, permezz ta’ xiri ta’ diversi aċċessorji fosthom iPad, Otterbox, Screen Interattiv flimkien ma’ sħubija online fi Smart Music, is-Soċjeta` bdiet toffri wkoll dan il-metodu ġdid ta’ tagħlim lill-istudenti tagħha. Dan set
a’ jkun possibbli biss b’iktar ħin ta’ tagħlim ta’ wieħed mill-għalliema, li ukoll kien parti minn din il-proġett. Ta’ min isemmi wkoll bħala parti minn dan il-proġett l-installazzjoni ta’ Dispenser tal-ilma fil-kmamar tat-tagħlim. Il-versatilita` li qed joffri dan il-mod innovattiv ta’ kif isiru l-lezzjonijiet hu evidenti tant li l-allievi komplew anke jiżdiedu u dawk li qed jattendu komplew jitjiebu fil-kwalita` tagħhom. Dan il-proġett ġie ffinanzjat mill-iskema VOPS immexxi mill-MCVS.
Il-Proġett “Living the Music”
Il-proġett “Living the Music” kellu oriġinarjament jiġi mplimentat fis-sena 2020 imma minħabba l-pandemija COVID-19, dan il-proġett spiċċa ġie mplimentat fis-sena 2021. Madanakollu minnkejja d-diffikultajiet, kien proġett ieħor importanti u ta’ suċċess fejn is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz għamlet pass ieħ
or ‘il quddiem fil-qasam mużikali. Fil-fatt, fiċ-ċentru ta’ dan il-proġett kien hemm l-allievi u l-bandisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz, fejn sar investiment fi strumentatura professjonali bħal Concert Bass Drum, Glockenspiel, Synthesiser professjonali, Sett platti għad-drum kit, snare drum tal-ogħla kwalita` u diversi aċċessorji oħra. Apparti minn hekk, ġew organizzati wkoll 4 Master classes i
mmirati għall-allievi u l-bandisti tal-post. Dawn kienu fil-perkussjoni, fil-woodwind, fir-ramm kif ukoll fid-Direzzjoni Mużikali. Fl-aħħar u mhux l-inqas, sar programm mużikali fejn l-allievi u l-bandisti tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz kienu l-protagonisti assoluti, b’diversi allievi jiddebuttaw mal-banda, fejn anke ndaqqet mużika li nxtrat bħala parti minn din l-inizjattiva. Dan il-proġett kien iffinanzjat mill-iskema VOPS li hu amministrat mill-MCVS.