Għalliema Mużikali

Mro Melanie Mizzi – Għalliema tal-istrumenti tal-Qasba

Melanie Mizzi twieldet fit-22 t’Ottubru 1999. Hija kkwalifikat b’Degree fl-Accountancy u l-Management u anke b’Masters fl-iStrategic Management. Fil-preżent taħdem bħala Maniġer fis-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani fi ħdan is-Servizz Pubbliku.

Fl-età ta’ 6 snin, Melanie bdiet it-tagħlim mużikali fil-prattika tal-pjanu u teorija mas-Sinjura Stephania Farrugia Frantz. Fl-2009, hija ngħaqdet mal-Banda Duke of Connaught’s Own, fejn taħt il-gwida ta’ Mro Neville Pace, illum Assistent Surmast tal-istess banda, ħarġet iddoqq fl-età ta’ 11-il sena.

Fl-2013, Melanie kompliet bl-istudji tagħha fit-teorija ma’ Mro Hermann Farrugia Frantz u fl-2018 ġabet id-Diploma Associate in Music (AMusLCM) mill-London College

Mariah Treeby u Thomas Farrugia flimkien ma' Mro Jonathan Abela bħala bandisti ġodda mal-Banda San Lawrenz fis-sena 2015

of Music fit-teorija. Fl-istess sena, Melanie kisbet diploma oħra fit-teorija, il-Licentiate in Music (LMusLCM) mill-istess kulleġġ. Taħt id-direzzjoni ta’ Mro Neville Pace, fl-2019, kisbet id-diploma Associate of the London College of Music (ALCM) fil-klarinett.

Fl-2017, Melanie ġiet maħtura bħala l-għalliema tat-teorija fil-Każin Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara u llum tifforma parti wkoll mit-tmexxija tal-banda. Fl-2019, hija dderiġiet għall-ewwel darba f’kunċert ta’ marċi funebri fl-okkażjoni ta’ ftuħ ta’ wirja fl-iistess każin. Melanie hija l-ewwel surmast mara Karkariża li qatt idderiġiet banda ġewwa Birkirkara. U f’Diċmebru 2019, ingħatat l-unur ta’ rikonoxximent mill-Kunsill Lokali bħala “L-Ewwel Surmast Mara ġo Birkirkara”.

Melanie iddoqq ma’ diversi baned lokali, fejn għandha wkoll diversi esperjenzi barra minn xtutna. Hija kienet tifforma parti mill-Banda Nazzjonali taż-Żgħażagħ fejn fost l-oħrajn daqqet fl-Operetta ‘Il-Madonna Tiegħi Aħjar Minn Tiegħek’, u fi programmi mużikali imtella’ fl-Qala u l-Belt Valletta.

Fl-2021, Melanie ġiet mistiedna mis-Soċjetà Mużikali tal-Ġilju sabiex tagħti masterclass fuq il-klarinett u fl-istess sena, ġiet avviċinata mis-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz sabiex tibda tgħallem il-prattika tal-istrumenti tal-qasba. Preżentament, hija qiegħda tgħallem ukoll il-prattika tal-istrumenti tal-qasba fi ħdan l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi.

Mr Garison Bonnici – Għalliem Strumenti Ramm

Garison Bonnici beda l-istudji mużikali tiegħu fl-2008 ma’ Mro Ray Sciberras fi ħdan is-Soċjeta` Filarmonika Maria Mater Gratiæ ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-2010 mbgħad għadda għat-tagħlim tal-kurunetta taħt Mro Kevin Mizzi fi ħdan l-istess Soċjeta`. Fl-2011, Garison daqq għall-ewwel darba quddiem udjenza f’Kunċert tal-Milied biex mbgħad fl-2012, sar bandist uffiċjali fil-festa ta’ dik is-sena.

Fl-2019, Garison Bonnici ħa d-deċiżjoni li jmur ikompli l-istudji tiegħu barra minn Malta fejn hemmhekk iltaqa’ ma’ Andrea Tofanelli ġewwa Montescaglioso. Fil-waqt li mbgħad baqa’ jistudja b’mod virtwali u anke le ġewwa l-Italja ma’ Tofa u jsegwi l-parir tiegħu, beda wkoll lezzjonijiet virtwali ma’ Mark Upton fejn sab li dawn kienu qed jikkumplimentaw b’mod perfett il-lezzjonijiet ta’ Tofa sabiex javvanza iżjed fil-ġeneru ta’ mużika li xtaq idoqq. Minnbarra dawn l-istudji, Garison attenda wkoll diversi Masterclasses ma’ Andrea Lucchi, Ruben Simeo, Andrea dell’Ira, Jens Lindemann, Andrea Giuffredi u Pacho Flores. Iktar kmieni fl-istess sena, Garison kellu l-opportunita` li jdoqq bħala solista ġewwa Viagrande, Sqallija, mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz.

Garison hu uffiċjal tal-Pulizija, fejn għal diversi snin kellu l-irwol tal-kurunettista prinċipali tal-Banda tal-Pulizija. Garison jifforma parti wkoll mill-band lokali popolari Versatile Brass, immexxija minn Mro. Paul Borg. Flimkien ma’ dan, kellu l-opportunita` li jdoqq f’diversi programmi tat-TV lokali kif ukoll diversi kunċerti bħala solista. Fl-2022, Garison beda jgħallem il-kurunetta bħala għalliem privat, kif ukoll ir-ramm f’żewġ baned lokali li huma l-Banda Sant’ anna ta’ Wied il-Għajn kif ukoll il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa.

Ispirat minn Andrea Tofanelli, Mark Upton, Maynard Ferguson u oħrajn, Garison jaspira li jkun kurunettista prim.

Ms Roberta Mercieca – Għalliema Kids Club

Roberta Mercieca bint Joseph u Frances Gladys Mercieca, twieldet fil-5 ta’ Jannar 1990. Hija attendiet edukazzjoni terzjarja fl-MCAST ġewwa Raħal Ġdid, fejn ikkwalifikat fil-qasam ta’ negozju u l-kummerċ. Aktar ‘il quddiem, permezz ta’ kors iehor part-time ġewwa l-International School of Beauty, Roberta ikkwalifikat bhala ‘CIBTAC Make-Up Artist’. Ix-xogħol primarju taghha huwa dak ta’ SeniorTrade Marketing Specialist ma’ kumpanija privata fil-qasam tal-FMCG (fast moving consumer goods).

Fl-eta` ta’ 7 snin Roberta bdiet titghallem il-mużika għand Stefania Vella fejn ħadet tagħlim kemm tal-kitba kif ukoll fuq il-pjanu. Roberta ġiet imħarrġa wkoll ġewwa l-iskola tal-mużika Johann Strauss fil-Belt Valletta taħt diversi għalliema fosthom Maestro Paul Abela, Fredrick Aquilina u Ramona Zammit. Roberta waslet sal-grade 8, fejn issa qiegħda tkompli t-tagħlim tagħha biex tkompli tavvanza l-livell mużikali tagħha.

Roberta għandha wkoll għall-qalba il-kompożizzjoni tal-mużika, fejn hi kellha wkoll l-opportunita` tikkomponi xi siltiet mużikali għall-film qasir li dderieġa ħu Roberta stess, Gianluca bl-isem ta’ ‘Imsakkrin’. Dan l-istess film iklassifika fit-tielet post fil-Malta Cine Circle National Film competition.

Apparti l-mużika, Roberta għandha wkoll għall-qalba t-teatru. Fil-qasam tat-teatru Roberta ħadet diversi taħriġ fosthom ġewwa d-Drama Centre fejn ġiet imħarrġa minn diversi professjonisti f’dan il-qasam li jinkludu lil Lino Farrugia, Ivan DeBattista, Rueben Zahra u Irene Christ. Roberta kellha wkoll iċ-ċans li tieħu sehem fi produzzjoni li ttellgħet bħala parti min ‘Wienextra Drama Youth Festival’ li sar ġewwa Vienna, fl-Awstrija, taħt id-direzzjoni ta’ Lino Farrugia. Roberta ħadet sehem ukoll f’diversi drammi u musicals oħra fosthom This Thing Called Love, A Night with Cole Porter, produzzjoni li ttegħllet mill-Hoi Poloi Theatre Productions ġewwa t-Teatru Manoel.

Fis-sena 2018 Roberta ġiet avviċinata mis-surmast Jonathan Abela biex tibda tgħallem lit-tfal li jkunu imħajrin jibdew idoqqu mal-Banda San Lawrenz bħala preparazzjoni qabel m’huma jibdew it-taħriġ tagħhom għall-istrument magħżul.