Fl-1999, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz iddeċidiet li biex tkompli tgħolli l-livell mużikali tal-Banda, tibda ta’ kull sena tesegwixxi Programm fix-xhur tax-xitwa. Il-Kumitat iddiskuta b’mod partikolari l-lokal fejn dan kellu jinżamm u b’deċiżjoni għaqlija dan il-Programm Annwali beda jsir fil-Belt Vittoriosa. Fl-ewwel snin dan inżamm fil-Mużew Marittimu fil-Vittoriosa Waterfront iżda wara diversi snin il-lokal inbidel għal dak tal-Caraffa Exhibition Halls, fl-istess Waterfront. Fis-sena 2012, il-Kumitat ddeċieda li dan il-Programm annwali għandu jsir fil-qalba tal-Birgu, propju fis-Sala Parrokkjali.
Fl-ewwel Programm, li sar nhar il-Ħamis 18 ta’ Marzu 1999 fil-Mużew Marittimu, il-Birgu, f’ġieħ il-President ta’ Malta u President Onorarju tas-Soċjeta` Dott. Ugo Mifsud Bonnici, il-Banda daqqet dan il-Programm;
| Overture | Egmont | L.V. Beethoven |
| Fantasia | Otello | G. Verdi |
| Ballet | Faust | C. Gounod |
| Rapsodia | Hungarian No. 2 | F.Liszt |
| Sinfonia | Orfeo Al Inferno | J. Offenbach |
| Sonatina | La Tromba Magica | P. Schembri |
| Valzer | 20th Anniversary | P. Schembri |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Sena wara, fis-sena 2000, fl-okkażjoni tal-Millenju l-Ġdid, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz daqqet dan il-programm fil-Mużew Marittimu;
| Sinfonia No.3, II Mov | Eroica | L.V. Beethoven |
| Rhapsody for Clarinet | The New Millennium | P. Schembri |
| Fantasia | Centenaria | P. Schembri |
| Medley | The Boys From Liverpool | Lennon/McCartney |
| Musical Theme | Music | J. Miles (Arr. R. Zammit) |
| Selection | Phantom of The Operah | A. Lloyd Weber |
| Medley | Tom Jones in Concert | H. Kolasch |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Il-Kunċert Annwali tas-sena 2001, li sar fil-Mużew Marittimu ukoll, il-Banda San Lawrenz, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Schembri, daqqet din il-mużika;
| Overture | La Gazza Ladra | G. Rossini |
| Suite | Peer Gynt | E. Grieg |
| Selection | La Traviata | G. Verdi |
| Musical | My Fair Lady | F. Loewe |
| Folklore | The Best of Maltese Folklore | A. Chircop |
| Medley | Magic of Andrew Lloyd Webber | W. Barker |
| Fantasy | Free World | J. De Haan |
| Medley | The Beatles | E. Siebert |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Il-Kunċert Annwali tas-sena 2002 sar is-Sibt 16 ta’ Marzu fil-Mużew Marittimu u l-Banda daqqet dan il-programm;
| Overture | Canena | P. Schembri |
| I & II Mov | Symphony No. 5 | L. Van Beethoven |
| Duetto & Finale | Norma | V. Bellini |
| Medley | Memories of COle Porter | J. Treves |
| Medley | Frank Sinatra in Concert | N. Studnitzky |
| Medley | Abba Gold | R. Sebregts |
| Muical | From Holland with Love | K. Vlak |
| Musical | New Sounds of Carpenters | R. Lowden |
| Tango | Lorenzo | P. Schembri |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Fis-sena 2003, il-Kunċert Annwali sar is-Sibt 15 ta’ Marzu, għal darb’oħra ġewwa l-Mużew Marittimu. Il-Banda San Lawrenz daqqet din il-mużika;
| Overture | 1812 | P. Tchaikovsky |
| Bakarole | Tails of Hoffman | J. Offenbach |
| Selection | Carmen | G. Bizet |
| Sinfonia No. 9 | New World | A. Dvorak |
| Ballet | Sabre Dance | A. Khachaturian |
| Medley | Italia | Arr. V. Borgia |
| Musical Theme | Music | J. Miles |
| Medley | The Mask of Zorro | J. Moss |
| Medley | Queen in Concert | Arr. R. Sciberras |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Il-Kunċert Annwali tas-sena 2004 sar il-Ħamis 18 ta’ Marzu fil-Mużew Marittimu, u il-Banda daqqet 11 il-biċċa mużikali, li kienu;
| Overture | Light Cavalry | F. Von Suppe |
| Marcia | Slava | P. Tchaikovsky |
| Overture | Orfeo Al Inferno | J. Offenbach |
| Selection | Cavalleria Rusticana | P. Mascagni |
| Theme | Exodus | Ernst |
| Musical Theme | A Team | P. Carpenter |
| Musical Selection | Hootenanny | H. L. Walters |
| Suite | Impressions of Seville | H. Simeone |
| Musical | My Fair Lady | F. Loewe |
| Quick Step | Forward | P. Schembri |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Il-Kunċert Annwali li sar nhar is-Sibt 16 t’April 2005 fil-Mużew Marittimu inżamm fl-okkażjoni ta’ għeluq il-25 Sena Surmast Direttur ta’ Mro. Paul Schembri tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Filfatt, għal din is-sena, il-mużika kollha li ndaqqet kienet kompożizzjoni ta’ Mro. Schembri u f’dan il-programm iżżanżnet il-mużika popolari Dance Splendour.
| Marċ Popolari | Praise to St. Lawrence | 2005 |
| Sinfonia | Chiara | 1988 |
| Rapsodia | The New Millenium | 2000 |
| Fantasia | Centenaria | 1982 |
| Suite (III Mov) | Bethsaida | 2003 |
| Classic Collection | Dance Splendour | 2005 |
| Innu | Lawrenzjan | 2003 |
| Innu Marċ | Ċentinarju | 1983 |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Fis-sena 2006, il-Kunċert Annwali ħa xejra pjuttost differenti mis-soltu. Dan għaliex din is-sena ħabtet il-100 sena mill-mewt tal-Kanonku Dun Alwiġ Fenech. Għalhekk, ma setax jonqos li l-Kunċert Annwali, li sar nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz, isir fl-okkażjoni ta’ għeluq il-100 sena mill-mewt tal-Kanonku Fenech. Il-mużika kollha li ndaqqet kienet kompożizzjoni tiegħu, u ma setax jonqos li dan il-Kunċert jagħlaq bid-daqq tat-tant popolari Antifona ta’ San Lawrenz.
| Introduzzjoni (Intermezzo) | Kan. L. Fenech |
| Eram Quasi Agnus | Kan. L. Fenech |
| Responsorji De Functorum | Kan. L. Fenech |
| Ego Eduxi Te | Kan. L. Fenech |
| In Monte Oliveti | Kan. L. Fenech |
| Kyrie | Kan. L. Fenech |
| Gloria | Kan. L.Fenech |
| Graduale | Kan. L. Fenech |
| Tantum Ergo | Kan. L. Fenech |
| Almae e Sionis | Kan. L. Fenech |
| Antifona San Lorenzo | Kan. L. Fenech |

Il-Kunċert Annwali li sar fl-14 t’April 2007, għall-ewwel darba ġewwa il-Caraffa Exhibition Halls, Vittoriosa Marina, sar fl-okkażjoni ta’ għeluq l-20 sena President tas-Sur Lawrence V. Farrugia, u ma setax jonqos li dan il-programm jibda permezz ta’ Marċ Popolari, bl-isem ta’ 20 Anniversarju President, li Mro. Paul Schembri kkompona għal din l-okkażjoni speċjali.
| Marċ Popolari | 20 Anniversarju President | P. Schembri |
| Ballet | Faust | C. Gounod |
| Ballet Music | Prince Igor | A. Borodin |
| Danze delle Ore | Gioconda | A. Ponchielli |
| Selection | West Side Story | L. Bernstein |
| Theme | Gladiator | H. Zimmer |
| Rapsodia | Napoletana | R. Cristiano |
| Medley | The Best of Zucchero | Arr. P. Pia |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Fis-sena speċjali tal-2008, meta l-Banda Vittoriosana San Lawrenz iċċelebrat għeluq il-125 sena mit-twaqqif tagħha, il-Kumitat tas-Soċjeta’ iddeċieda li għalkemm kellu ippjanati programmi mużikali iktar mis-soltu, l-appuntament mal-Kunċert Annwali xorta għandu jinżamm. Filfatt, nhar is-Sibt 26 t’April 2008, fil-Caraffa Exhibition Halls, Vittoriosa Marina, il-Banda daqqet din il-mużika;
| Overture | Egmont | L.V. Beethoven |
| Suite | Peer Gynt | E. Grieg |
| Selection | La Vally | A. Catalani |
| Dance | Hungarian | J. Brahms |
| Fantasy | Free World | J. De Haan |
| Theme | Magnificent Seven | E. Bernstein |
| March | The Police Academy | R. Folk |
| Selection | Charles Chaplin | Arr. M. Peeters |
| Medley | War Time Memories | Arr. G. Debono |
| Selection | Swing The Mood | Arr. M. Sweeney |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Fil-25 t’April tal-2009, il-Kunċert Annwali sar għal darb’oħra fil-Caraffa Exhibition Halls, Vittoriosa Marina, u il-Banda San Lawrenz daqqet din il-mużika.
| Sinfonia | Semiramide | G. Rossini |
| Sinfonia (IV Mov.) | New World | A. Dvorak |
| Symphonic Poem | Die Moldau | B. Smetana |
| Sonatina | La Tromba Magica | P. Schembri |
| Selection | Amore All’Italiana | Arr. G. Debono |
| Medley | Cranberry Corners USA | J. Klein |
| Classical Pop | The Legend | S. Ellul |
| Fantasia | Magia di Operette | G. Nitiffi |
| Selection | Ramazzotti in Concert | F. Francia |
| Medley | Top Hits for Band | M. Schneider |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Is-sena 2010 taħbat is-sena ta’ għeluq it-30 Anniversarju ta’ Mro. Paul Schembri bħala Surmast Direttur tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Għalhekk, il-Kunċert Annwali li sar fil-Caraffa Exhibition Halls, Vittoriosa Marina, nhar l-24 t’April 2010, sar għal din l-okkażjoni. Ma setax jonqos li bħal l-okkażjonijiet ta’ qabel, is-Surmast Paul Schembri iżanżan biċċa mużika. Filfatt, għal din is-sena, Mro Schembri ikkompona Grande Marcia bl-isem ta’ 30th Anniversary u propju indaqqet għall-ewwel darba f’dan il-programm.
| Overture | Die Fliedermaus | J. Strauss |
| Sinfonia | Centenaria | P. Schembri |
| Grande Marcia | 30th Anniversary | P. Schembri |
| Musical | Fiddler on the Roof | J. Bock |
| Film | La Vita e Bella | N. Piovani |
| Theme | What a Wonderful World | L. Pusceddu |
| Fantasia | Mister Modugno | Arr. Stevan |
| Song | Mambo No. 5 | D. Perez Prado |
| Theme | Can’t Buy Me Love | Lennon/Mc Cartney |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Il-Kunċert Annwali tas-sena 2011 li sar nhar id- 19 ta’ Marzu kien wieħed mill-iktar programmi imżewqin tajjeb mil-lat ta’ mużika. Ta’ min isemmi li f’dan il-Programm, il-Banda San Lawrenz daqqet għall-ewwel darba l-marċ ġdid tas-Surmast Mro Paul Schembri Golden Anniversary, li hu regalat lill-President is-Sur Lawrence V. Farrugia fl-okkażjoni tal-50 sena Anniversarju miż-żwieġ tiegħu. Din is-sena ħabat ukoll il-75 anniversarju mill-mewt tal-eks Surmast tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz Giumarra. Filfatt, il-Banda esegwiet il-Marcia Sinfonica Alba d’Amore ta’ Giumarra biex tikkommemora din l-okkażjoni.
| March | Golden Anniversary | P. Schembri |
| Rhapsodia | La Gzardas | V. Monti |
| March | Coronation | G. Mayerbeer |
| March | Pomp & Circumstance | E. Elgar |
| Marcia Sinfonica | Alba d’Amore | G. Giumarra |
| Cantata | Carmina Burana | C. Orff |
| Song | One Moment in Time | Arr. J. Higgins |
| I, II & III Mov. | Caribbean Cameo | T. L. Sharp |
| Selection | The Best of Mancini | Arr. W. Hautvast |
| Song | Unchained Melody | Arr. R. Smeets |
| Rhapsodia | Mexicali Brass | J. Cacavas |
| Medley | Eighties Flashback | Arr. P. Murtha |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |

Fil-Programm Annwali tas-Sena 2012 li sar nhar is-Sibt 28 t’April il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet Programm Mużikali ferm impenjattiv fejn daqqet siltiet klassiċi li huma popolari u daqstant diffiċli. Barra minn hekk, kif wieħed jista’ jara hawn taħt, l-għażla mużikali kienet waħda tajba u mħallta għall-gosti ta’kulħadd. Ta’ min jgħid li f’din is-sena il-Programm Annwali sar għall-ewwel darba ġewwa s-Sala Parrokkjali f’Misraħ ir-Rebħa.
| The Planets | Jupiter | G. Holst |
| Capriccio | Spagnol | R. Korsakov |
| Concert | Puccini | W. Hautvast |
| Selection | West Side Story | L. Bernstein |
| Song | Bohemian Rhapsody | T. Waters |
| Theme | Everything I Do, I Do It For You | R. Sebregts |
| Waltz | No. 2 | D. Shostakovich |
| Blues | The Blues Factory | J. De Haan |
| Spanish | La Virgen De La Macarena | C. Cluster |
| Fantasia | Themes From Walt Disney | J. Vinson |
| Selection | A Night At The Ballet | P. I. Tchaikovskiy |
| Innu | Banda San Lawrenz | H.H. Dalli |
Fis-Sena 2019, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz reġgħet tellgħet mill-ġdid il-Programm Annwali tagħha. Dan wara xi ftit snin ta’ assenza kif ukoll minħabba Programmi Speċjali li saru minnflok il-Programm Annwali. Bl-isem ta’ The Birgu Spring Concert, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tellgħet dan il-Programm mill-isbaħ ġewwa t-Torri ta’ San Ġwan, jew kif nafuh il-Vittoriosani bħala l-iScouts, fil-Belt Vittoriosa stess. Ta’ min isemmi li dan il-programm mużikali kien l-ewwel dehra uffiċjali ta’ Bjorn Callus bħala President il-ġdid tas-Soċjeta`. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela, u daqqet dawn is-siltiet mużikali li jinsabu hawn taħt.
| Centuria | James Swearingen |
| Les Patineurs | Emile Waldteufel |
| Nessun Dorma | Giacomo Puccini, Arr. Massimo Marinai |
| I Remember Clifford | Benny Golson, Arr. Jonathan Abela |
| The Lord of the Rings | Howard Shore, Arr. John Whitney |
| Non Ti Scordar Di Me | Ernsto DeCurtis |
| Il-Qawmien | Andrew Zarb |
| As Wind Dance | Samuel R. Hazo |
| Desafinado | Antonio Carlos Jobim, Arr. Naohiro Iwai |
| The Peanut Vendor | Moises Simons, Arr. John Moss |
| American Graphity | Arr. Naohiro Iwai |
| Innu Tal-Banda | Hector H. Dalli |
