Laqgħa Soċjali mal-Vittoriosa Stars Youth Nursery

Nhar il-Ħadd 16 ta’ Settembru, il-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz stieden lill-Kumitat tal-Vittoriosa Stars Youth Nursery għal-laqgħa Soċjali bħala ringrazzjament għas-sehem importanti u ta’ suċċess mit-tfal u l-membri tan-Nursery fil-Programm Vittoriosa in Festa 2012, li kien imtella’ fis 7 t’Awwissu bit-tema ta’ Sports ‘n Music. Għal din il-laqgħa soċjali kienumistiedna wkoll it-tfal li ħadu sehem waqt dan il-programm. Wara li sar ringrazzjament mill-Presidenti rispettivi tal-Għaqdiet, il-President tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ippreżenta tifkira tal-okkażjoni lill-Kumitat tan-Nursery, fil-waqt li t-tfal ingħataw Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni bħala tifkira. Wara segwa riċeviment żgħir.