|
Dalgħodu l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tagħmel servizz f’Raħal Ġdid fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes li tiġi ċċelebrata f’dan il-lokal. Il-marċ jibda fl-10am fejn il-Banda ser tallegra lill-partitarji b’marċi ferrieħa madwar it-toroq tar-Raħal Ġdid. Is-servizz jispiċċa għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofs in-nhar. |