|
Nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju b’inizjattiva tas-Surmast Jonathan Abela sar ‘Hike’ għall-allievi tal-post fi ħdan l-iskola tal-mużika tagħna. Dan sar b’kollaborazzjoni mas-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp, Kalkara fejn is-Surmast Abela huwa wkoll Surmast Direttur tal-istess Banda. Kienet ġurnata fejn it-tfal flimkien ma’ uħud mill-ġenituri ħadu pjaċir f’atmosfera informali fejn lil hinn mit-tagħlim mużikali flimkien mas-Surmast Abela għaddew ħin ta’ rekreazzjoni flimkien. Il-kummenti tal-ġenituri u t-tfal kienu pożittivi ħafna fejn attivitajiet simili huma ppjanati li jsiru fil-futur. |