|
Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru il-Kumitat tas-Soċjeta` organizza ikla fil-bitħa tal-każin għall-Bandisti tal-Post, Membri tal-Kumitat, Helpers u Benefatturi. Il-ħsieb wara din l-ikla hu dak ta’ ringrazzjament għax-xogħol u s-servizz li dawn il-persuni jagħtu lill-każin matul is-sena kollha. Qabel din l-ikla saret ukoll laqgħa mal-bandisti tal-post sabiex il-Kumitat ikollu l-opportunita` li jisma’ x’għandhom xi jgħidu il-bandisti. Din l-ikla kienet l-ewwel waħda fil-bitħa din is-sena, wara li din kienet okkupata bix-xogħol tal-bini tas-sala l-ġdida. Ringrazzjament speċjali biex din l-ikla setgħet isseħħ imur bla dubju ta’ xejn lill-barman tal-każin, is-Sur Charles Boxall. |