L-impenji tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa jibdew nhar Ħadd il-Palm l-20 ta’Marzu. Il-Bandisti u l-Allievi tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien ma’ dawk tal-Banda San Guzepp, Kalkara jingħaqdu flimkien sabiex jesegwixxu Programm ta’ Mużika Funebri. Din is-sena jmiss li dan il-Programm isir fil-Kalkara u dan jibda fl-1030am quddiem il-Każin tal-istess Soċjeta’.
Il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu fil-530pm l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tesegwixxi Programm Funebru fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa waqt il-ħruġ tal-proċessjoni mill-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz. Wara takkumpanja quddiem l-istatwa tal-Kruċifissjoni tul it-triq sad-dħul tal-proċessjoni.
Il-Ħadd 27 ta’ Marzu fl-10.00am il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkumpanja l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt madwar it-toroq tal-Belt Rebbieħa fost daqq ta’ marċi brijużi u valzi.
F’dawn l-okkazjonijiet il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela. |