Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz f’Tal-Ħawli

Birgu-Qalb-ta'-Gesu Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għal darb’oħra ser tkun qed tieħu sehem fil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu li ssir fl-Estate tal-Ħawli l-Birgu għada l-Ġimgħa 4 ta’ Lulju, 2014. Wara li fis-630pm jibda marċ minn quddiem il-Kulleġġ De La Salle għal ħabta tas-7 pm toħroġ il-proċessjoni mill-Kappella li tinsab f’dan l-Estate fejn din tkun akkumpanjata b’daqq ta’ innijiet mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz.