Friski mis-suċċess miksub mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz meta l-ġimgħa li għaddiet irrappreżentat lil pajjiżna barra minn xtutna fil-Festa ta’ San Mauro, f’Viagrande, Sqallija, il-Banda tal-Birgu ser terġa tkun l-ambaxxatriċi tal-Belt Vittoriosa u tal-Kottonera hekk kif illejla tieħu sehem fil-ftuħ uffiċjali tal-Festi tal-Valletta 2018. Is-servizz jibda fid-9.20pm fejn il-Banda ser tkun qed iddoqq fi Triq Gilormu Cassar flimkien mal-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq u l-Banda B’Bugia. Għal darb’oħra bil-provi li l-banda tipparteċipa fl-aqwa avvenimenti, bl-aqwa servizzi u bl-aqwa elementi. Fi kliem ieħor l-aqwa f’kollox – mistiedna ddoqq kullimkien, diversi drabi lokalment u barra minn xtutna u l-kif ma’ ngħiduħx aħna imma nħallu l-ħaddieħor jiġġudikana għax hekk titlob is-serjeta’.