Nhar il-Ħamis 28 ta’ Diċembru, 2017 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz organizzat il-Party tal-Milied fejn attendew numru sabiħ ta’ bandisti, membri u ammiraturi tal-Banda. Fir-riċeviment li sar fis-Swali Prinċipali ta’ Palazzo Huesca, f’diskors tal-okkażjoni l-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia ta ħarsa lejn il-ħidma kbira li saret matul din is-sena 2017 filwaqt li aċċenna wkoll għall-Programm ta’ ħidma u diversi proġetti li għandu quddiemu l-Kumitat għas-sena 2018 ewlenin fost dawn il-proġett tal-Arkivju, l-intrata u l-estenzjoni ta’ bini ta’ żewġ kmamar tat-tagħlim mużikali. Tkellem ukoll l-Arċipriet tal-Parroċċa Dun Karm Busuttil. Fi tmiem id-diskors ġie mniedi video dwar il-Festi li fis-sena 2018 sejrin ifakkru l-135 sena tas-Soċjeta’.