|
Il-Programm Annwali 2011 lis-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa tellgħet nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu fil-Caraffa Exhibition Halls ġewwa l-Vittoriosa Marina kien suċċess minn kull lat. Il-Banda San Lawrenz esegwiet programm mużikali imżewwaq għall-aħħar u li jolqot il-gosti ta’ kulħadd, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri. Il-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz jixtieq jirringrazzja lill-membri tal-kumitat, lis-Surmast u l-Bandisti, lill-isponsors kif ukoll lill-membri u ammiraturi tas-Soċjeta` li għoġobhom jattendu għal dan il-programm. Iktar ritratti u informazzjoni dwar dan il-Programm ser ikunu qed jidhru fis-sezzjonijiet rispettivi f’dan is-sit. |