Programm Mużikali Annwali 2011

Nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser tkun qed ittella’ il-Programm Mużikali Annwali tagħha għas-sena 2011. Dan il-Programm Mużikali ser ikun taħt il-Patroċinju tal-Prim Ministru ta’ Malta Dr Lawrence Gonzi. Għal darb’oħra, il-kumitat tas-Soċjeta` ħaseb li dan il-programm xieraq li jsir ġewwa Beltna stess, għalhekk, il-post ser ikun Caraffa Exhibition Halls fil-Vittoriosa Marina. Il-Programm Mużikali jibda fis-7.00 pm. Kull min jixtieq jirriserva post għandu jibgħat e-mail fuq info@stlawrencebandclub.com. Il-Banda San Lawrenz ser tkun qed iddoqq din il-mużika;
March Golden Anniversary P. Schembri
Rhapsodia La Gzardas V. Monti
March Coronation G. Mayerbeer
March Pomp & Circumstance E. Elgar
Marcia Sinfonica Alba d’Amore G. Giumarra
Cantata Carmina Burana C. Orff
Song One Moment in Time Arr. J. Higgins
I, II & III Mov. Caribbean Cameo T. L. Sharp
Selection The Best of Mancini Arr. W. Hautvast
Song Unchained Melody Arr. R. Smeets
Rhapsodia Mexicali Brass J. Cacavas
Medley Eighties Flashback Arr. P. Murtha
Innu Banda San Lawrenz H.H. Dalli