Tagħlim b’differenza għat-tfal żgħar

L-iskola tal-mużika fi ħdan is-Soċjeta’ MuPERCUSSION LESSONSżikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa qed tniedi klassi ġdida ta’ lezzjonijiet għal studenti żgħar minn eta’ li tibda minn 5 snin. Din il-klassi hija mmirata sabiex it-tfal żgħar jagħmlu użu tajjeb mill-ħin liberu tagħhom u jieħdu pjaċir fuq strumenti speċifikament għalihom ta’ perkussjoni. Hawn huma jkunu jistgħu jibdew japprezzaw il-ħoss mużikali mingħajr ma’ jidħol studju. Kull min huwa interessat għandu jċempel immedjatament fuq 9949 7734 jew jibgħat email fuq music@stlawrencebandclub.com. Fl-istess ħin għal tfal ta’ eta akbar ikun hemm lezzjonijiet kemm tal-istrumenti brass kif ukoll woodwind. Dan il-programm huwa finanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini Banda.