Ħarġa għall-Irġiel – Il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru, 2014

grantandmurry1sml Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru l-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ħarġa ta’ ġurnata għall-Irġiel. Sejrin inżuru Għar Lapsi u wara mmorru fil-Falkuniera tal-Limestone Heritage ġewwa s-Siġġiewi fejn ikollna wkoll l-Ikla ta’ nofs in-nhar li tikkonsisti f’Appetizers u Pasta Buffet bi tlett kwalitajiet ta’ Għaġin. Wara l-Ikel immorru r-Rabat u l-Imdina. Il-Prezz kollox inkluż huwa ta’ € 20. Għal aktar dettalji u biex tirriserva post avviċina lis-Sur Oscar Adami jew lis-Sur Eugenio Pellicano.