Ħatra ta’ Kumitat Ġdid tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz

Matul il-ġranet tat-Tnejn 24 ta’ Jannar sal-Erbgħa 26 ta’ Jannar, il-membri, bandisti u membri propjetarji tas-soċjeta` kienu qed jaħtru kumitat ġdid għas-snin 2011-2012. Filfatt it-Tnejn 24 ta’ Jannar saret Laqgħa Ġenerali Mista fejn dawk eleġibbli li jattendu setgħu jisimgħu ir-Rapport Amministrattivi u Finanzjajri tas-Soċjeta`. Imbgħad it-Tlieta 25 ta’ Jannar saret il-Laqgħa Ġenerali tal-Membri fejn ġie elett parti mill-Kumitat il-ġdid. Fl-aħħar nett, l-Erbgħa saret il-Laqgħa Ġenerali għall-Membri u Bandisti Propjetarji fejn inħatar il-bqija tal-Kumitat. Filfatt, hekk kif intemmet din il-laqgħa, il-Kumitat il-ġdid tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz iltaqa’ l-ewwel darba sabiex tkompli għaddejja l-ħidma fi ħdan is-Soċjeta` kif ukoll isiru l-ħatriet ta’ Kappillan, Żewġ Rappreżentanti fl-Għaqda Każini tal-Banda, Kuratur, Direttur tal-Logħob u Żewġ Reviżuri. Il-Kumitat hekk kif elett u bil-karigi jinstab fil-paġna Kumitat tas-Soċjeta` fis-sezzjoni Min Aħna.