1 Day Pool Tournament

Nhar is-Sibt 2 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser torganizza 1 Day Pool Tournament. Dan it-Tournament ser jintlagħab fuq bażi ta’ Gruppi mbgħad tintlagħab knock-out bejn l-aħħar tmien parteċipanti li jgħaddu għall-fażi finali. Il-logħob kollu tal-gruppi ser ikun fuq sistema ta’ l-aħjar riżultat minn 3 frames, filwaqt il-fażi finali ser tintlgħab fuq ħames frames. Il-ħlas ta’ parteċipazzjoni hu ta’ € 4. Ser jingħataw ukoll Trophies lill-finalisti. Dawk li nteressati jipparteċipaw, huma ġentilment mitlubin jikkuntattjawna jew permezz tal-paġna tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz fuq Facebook, jew permezz ta’ E-mail fuq l-indirizz info@stllawrencebandclub.com, jew inkella javviċinaw il-membri tal-Kummissjoni.