1 Day Snooker Doubles Tournament

Nhar is-Sibt 2 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser torganizza 1 Day Snooker Doubles Tournament. Dan it-Tournament ser jintlagħab fuq bażi ta’ League bejn dawk membri u League ieħor bejn dawk li m’humiex membri fis-Soċjeta`, mbgħad tintlagħab finali bejn il-players li jirbħu l-leagues rispettivi. Il-logħob kollu tal-Leagues ser ikun fuq sistema ta’ Frame wieħed, filwaqt li l-finali ser tintlgħab fuq l-aħjar riżultat minn 3 frames. Il-ħlas ta’ parteċipazzjoni hu ta’ € 4. Ser jingħataw ukoll Trophies lill-finalisti. Il-Pool Tournament li kien ġie mħabbar iktar qabel kellu jitħassar minħabba diversi ċirkustanzi li ma kellniex kontroll fuqhom. Dawk li nteressati jipparteċipaw, huma ġentilment mitlubin jikkuntattjawna jew permezz tal-paġna tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz fuq Facebook, jew permezz ta’ E-mail fuq l-indirizz info@stllawrencebandclub.com, jew inkella javviċinaw il-membri tal-Kummissjoni.