‘Birgu Youths Candlelight Concert’ – Nhar is-Sibt 12 ta’ Ottubru f’Couvre Porte Belvedere

 

 

 

Fl-okkażjoni tal-Birgufest 2019 u bħala parti mill-‘Vittoriosa by Candlelight’ nhar is-Sibt 12 t’Ottubru, 2019 is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser tkun qed tesegwixxi l-‘Birgu Youths Candlelight Concert’.

Dan il-programm li huwa bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Birgu ser jittella’ fil-Couvre Porte Belvedere, preċiżament fid-daħla tal-Belt Vittoriosa u jibda fis-7.30pm.

Dan ser ikun Programm innovattiv u b’differenza b’interazzjoni mal-pubbliku, bil-Bandisti u l-Allievi  tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Francois Borg