Leħen is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz – Ħarġa Nru. 60

Ħarġa Nru. 60
Il-Pubblikazzjoni tas-Soċjeta` li toħroġ kull xahrejn reġgħet ġiet għal darb’oħra ppubblikata. Il-ħarġa numru 60, għax-xhur ta’ Novembru – Diċembru, bħalissa qiegħda titqassam fid-djar tal-Membri u l-Bandisti tas-Soċjeta`. Nħeġġiġkom sabiex iżżuru is-sezzjoni pubblikazzjonijiet f’dan is-sit sabiex taraw din il-ħarġa f’dan is-sit. Nfakkar li propju fl-edizzjoni li jmiss ta’ Jannar 2011, din in-Newsletter tkun qed tiċċelebra l-għaxar sena minn meta ġiet ippubblikata l-ewwel darba, l-għaxar sena ta’ kuntatt kontinwu mal-membri.