Attivita’ mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz fl-Iskola Primarja tal-Birgu

Il-Ġimgħa filgħodu saret mawra fl-Iskola Primarja tal-Birgu fejn l-attivita’ ikkonsistiet fi spjegazzjoni dwar it-tagħlim mużikali permezz ta` power point presentation mis-Surmast Direttur tal-banda Jonathan Abela. Minbarra dan it-tfal preżenti ħadu sehem f’eżerċizzji interattivi fejn dawn setgħu jdoqqu xi strument żgħir ta’ perkussjoni. Din il-mawra fl-iskola kienet parti mill-proġett tal-iskola tal-mużika fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz fejn għadhom kemm fetħu l-applikazzjonijiet mill-ġdid sabiex tfal minn sitt snin il-fuq jissieħbu fil-klassijiet ta perkussjoni – Vittoriosa Kids Music Centre. Permezz ta’ logħob, daqq fuq strumenti ta’ perkussjoni, u mużika, din il-klassi hi garanzija ta’ tagħlim f’ambjent mill-isbaħ Għal aktar dettalji wieħed jista jċempel fuq 9949 7734 jew jibgħat email fuq music@stlawrencebandclub.com